skejjel – Page 6 – One News

Notifiki

Elenku ta’ xogħol f’sentejn li minnu qed igawdu wliedna

Bejn is-sena 2014 u s-sena 2016, kien hemm 14-il skola li fosthom hemm skejjel ġodda li nbnew kompletament mill-ġdid u kif ukoll skejjel oħra li sar xogħol ta’ bini fihom.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Vassallo staqsa xi skejjel ġodda nbnew u kif ukoll xi skejjel oħra sarilhom xogħol ta’ bini fihom. Fejn għal kull skola hu talab in-nefqa għal kull proġett.

Aqra aktar

Ommijiet ifaħħru l-proġett ‘tablet per child’

Il-bidu ta’ sena skolastika rat il-bidu tal-proġett “tablet per child” għall-istudenti tar-raba’ sena. Liema proġett qed jintlaqa’ tajjeb ferm mill-istudenti, ġenituri u għalliema. Dan jidher biċ-ċar fil-kummenti li fost oħrajn qed isiru fuq is-sit soċjali facebook dwar dan il-proġett.

Aqra aktar

Hemm aktar studenti nisa u żdiedu l-istudenti barranin

Dan ħareġ minn stastistika ippublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika,  li tindika wkoll li studenti li kineu qed jieħdu edukeazzjoni formali fis-sena akkademika ta’ bejn l-2014 u l-2015 laħqu s-70,355.

68.4% ta’ dawk li kienu qed jirċievu edukazzjoni, kienu qed jirċevuha minn skejjel tal-istat. 22.5% kienu qed jirċievu edukazzjoni minn skejjel tal-Knisja u 9.1% minn skejjel indipendenti.

55.9% tal-istudenti kienu bniet.

Aqra aktar

L-FTS tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Philip Rizzo

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ħarġet stqarrija li fiha tgħid li ċ-chairman u l-bord tad-diretturi jirrifjutaw bil-qawwi l-akkużi li għamel Philip Rizzo. Dan qal li bord ma appoġġax is-suġġerimenti tiegħu biex allegazzjonjiet dwar Edward Caruana, li kien jagħti pariri tekniċi lil Ministru, ikunu sottomessi għal investigazzjoni interna, u l-kwistjoni tmur għand il-Pulizija.

Iċ-chairman u l-bord tad-diretturi stqarr li appoġjaw li l-kwistjoni tittieħed fejn hemm bżonn, sabiex issir investigazzjoni.

Jumejn ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irċieva u aċċetta r-riżenja ta’ Philip Rizzo minn Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Aqra aktar

Biex jitjieb is-servizz ta’ trasport tal-iskejjel tal-Gvern

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) qal li ma ma jistax konklussivament jaċċerta li l-valur tal-fondi investiti fis-servizz tat-trasport tal-iskejjel tal-Gvern qed jintlaħaq b’mod sħiħ.

F’rapport li l-iSpeaker poġġa fuq il-mejda tal-Kamra, n-NAO qal li dan is-servizz, mogħti mill-Gvern bla ħlas, għandu mportanza soċjali. Jiswa madwar €6.1 miljun fis-sena,u hu provdut permezz ta’ ħames kuntratti ta’ xogħol mis-settur privat, liema kuntratti huma amministrati mill-Education Logistics and Support Unit (ELSU) fi ħdan il-Ministeru għal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE).

L-NAO innota li l-mod ta’ kif huma miktubin il-kuntratti li jiggvernaw dan is-servizz jipproġetta sens ta’ klemenza eċċessiva lejn il-kuntratturi, filwaqt li jpoġġi lill-Gvern f’pożizzjoni dgħajfa meta jiġi biex jirregola s-servizz kif ukoll meta japplika penali għal prestazzjoni insodisfaċenti.

Aqra aktar

“Nagħmlu kemm nagħmlu qatt m’hu biżżejjed”

Mill-illum se tkun qed tibda tintuża l-eks Skola Sekondarja li ġiet rinovata biex tintuża mill-istudenti tal-Primarja f’Ħaż-Żebbuġ. Fi żjara li għamel fl-istess skola, l-Ministru għall-Edukazzjoni,Evarist Bartolo, stqarr li minkejja li diġa sar bosta rinovar u nfetħu skejjel ġodda xorta waħda fadal aktar xi jsir, biex kull student jkollhu spazju adegwat fejn jiżvilluppa l-ħiliet tiegħu.
Aqra aktar

Seduta Parlamentari mhux tas-soltu

Dalgħodu membri minn diversi kumitati ta’ EkoSkola minn madwar Malta u Ghawdex inġabru għal seduta Parlamentari mhux tas-soltu.

EkoSkola huwa programm internazzjonali mmirat biex jeduka lit-tfal fl-iskejjel dwar l-ambjent u s-sosteniblità.

Aqra aktar

Send this to a friend