skejjel – Page 4 – One News

Notifiki

Ikun “ideali” li l-coding ikun mgħallem bħala suġġett obbligatorju fl-iskejjel

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni organizzat sessjonijiet ta’ coding f’erba’ skejjel; il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa u l-Gżira. Madwar 50 tifel u tifla ta’ bejn it-8 u 12-il sena kienu mgħallma kif joħolqu animazzjonijiet u logħob differenti permezz ta’ Scratch, li huwa lingwa ta’ programm viżwali mmirat lejn it-tfal.

“Il-promozzjoni ta’ coding u ħsieb kompjuterizzat huma fost l-oqsma importanti li qed ikunu mbuttati fost it-tfal. Fl-isfond tar-ritmu mgħaġġel li bih qed tikber l-ekonomija diġitali, huwa importanti li jkollna l-ħtiġijiet meħtieġa. Għalhekk, ikun ideali li l-coding ikun mgħallem bħala suġġett obligatorju fl-iskejjel,” qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, filwaqt li żied li dan huwa essenzjali sabiex nippreparaw il-ġenerazzjoni ta’ għada għall-ekonomija tal-futur.Aqra aktar

“Gvern li jinvesti l-iskejjel” – il-PL

Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex l-iskejjel jitjiebu u jisbieħu. Mill-2013 ‘il quddiem, żdied l-investiment fuq bini ta’ skejjel ġodda kif ukoll fuq xogħlijiet infrastrutturali ta’ ċertu kobor fi skejjel li kienu qed jiqdiemu.

Fi stqarrija, il-Partit Laburita fakkar kif fost oħrajn inbnew skola medja ġdida f’Ħal Kirkop, skola ġdida fil-Kulleġġ San Nikola f’Ħad-Dingli, skola primarja ġdida f’Ħaż-Żebbuġ u sar il-bini ta’ skola nazzjonali tal-isport f’Pembroke. Fl-istess ħin inbena kampus ġdid tal-MCAST f’Għawdex.Aqra aktar

Daqshekk pastizzi u ikel moqli mit-tuck shops fl-iskejjel

Mis-sena skolastika l-ġdida tuck shops fl-iskejjel se jkollhom ikel bnin biss għall-bejgħ. Dan grazzi għal avviż legali ġdid li se jipprevjeni li ikel bħal pastizzi, pizza, sausage rolls u ikel moqli ieħor ma jkunux disponibbli għall-istudenti. Fl-istess ħin, studenti se jkunu jistgħu jixtru biss ilma u ħalib bħala xorb.Aqra aktar

Investiment ta’ €800,000 f’100 skola

Matul dawn il-ġimgħat tas-sajf, fl-iskejjel maltin u għawdxin tkun għaddejja ħidma sabiex isir xogħol ta’ tisbiħ fl-iskejjel.

Bħalissa għadejj xogħol ta’ manutenzjoni fuq mitt skola madwar Malta u Għawdex, b’investiment ta’ tmien mitt elf ewro.

Aqra aktar

€19-il miljun għal tliet skejjel ġodda

Dsatax –il miljun ewro se jkunu investiti fi tliet skejjel ġodda f’San Pawl il-Baħar, Marsaskala u r-Rabat Għawdex.

Dawn it-tliet proġetti huma ewlenin fil-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada wara l-investiment ta’ erbgħin miljun ewro fi proġetti diversi fl-aħħar sentejn u nofs.

Aqra aktar

Jiddeċiedi jċempel skola u jgħidilhom li huwa tifel ta’ tliet snin…

Dan ir-raġel iddeċieda jċempel skola u jgħidilhom li mhux dieħel. Mhux għax jaħdem hemm, imma għax jgħid li hu tifel bl-isem ta’ ‘Tim’ ta’ tliet snin.

Diġa huwa misteru kif irnexxilu jagħmel leħnu daqshekk irqiq, imma l-mod li bih ikellem lill-ħaddiema tal-iskola huwa pjuttost tad-daħk.

Għalkemm mhix xi mġieba eżemplari li wieħed jagħmel dawn it-tip ta’ telefonati b’ċajta, il-filmat dar dawra sew mal-internet.

Żgur li l-ħaddiema tal-iskejjel diġà jkollhom biżżejjed fuq idejhom…kull ma jkun jonqoshom li jċempel xi ‘Tim’.

Aqra aktar

Elenku ta’ xogħol f’sentejn li minnu qed igawdu wliedna

Bejn is-sena 2014 u s-sena 2016, kien hemm 14-il skola li fosthom hemm skejjel ġodda li nbnew kompletament mill-ġdid u kif ukoll skejjel oħra li sar xogħol ta’ bini fihom.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Vassallo staqsa xi skejjel ġodda nbnew u kif ukoll xi skejjel oħra sarilhom xogħol ta’ bini fihom. Fejn għal kull skola hu talab in-nefqa għal kull proġett.

Aqra aktar

Ommijiet ifaħħru l-proġett ‘tablet per child’

Il-bidu ta’ sena skolastika rat il-bidu tal-proġett “tablet per child” għall-istudenti tar-raba’ sena. Liema proġett qed jintlaqa’ tajjeb ferm mill-istudenti, ġenituri u għalliema. Dan jidher biċ-ċar fil-kummenti li fost oħrajn qed isiru fuq is-sit soċjali facebook dwar dan il-proġett.

Aqra aktar

Send this to a friend