skejjel – Page 2 – One News

Notifiki

L-iskejjel huma kruċjali biex jitmexxew ’il quddiem prinċipji ambjentali

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima żaru l-Kulleġġ Santa Klara Primarja, fil-Gżira. Waqt iż-żjara, ġew introdotti għall-ġnien vertikali fuq ġewwa – inizjattiva li hi unika għal din l-iskola u tgħin biex iżżid aktar għarfien fuq l-ambjent. Aqra aktar

Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Ir-regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2020 – 2021 ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt fil-paġna ‘Skejjel tal-Knisja’. B’kollox ser ikun hemm 1,528 post vakanti għall-istudenti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online jew f’xi wħud mill-iskejjel tal-Knisja kif indikat fir-regolamenti.Aqra aktar

Se jinbena pont u passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ binjiet ewlenin fil-Liċeo tal-Ħamrun

Matul is-sajf, l-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija u l-Liċeo tal-Ħamrun se jgawdu minn bidliet strutturali li ilhom bżonnjużi snin twal iżda li baqgħu qatt ma saru. Permezz ta’ investiment ta’ erba’ miljun ewro, l-istudenti tal-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija se jgawdu minn sala li se tintuża bħala teatru u sala oħra għall-attivitajiet sportivi fuq ġewwa.Aqra aktar

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

Send this to a friend