skart – Page 6 – One News

Notifiki

In-nies iħammġu u l-volontiera jnaddfu

Matul dan is-Sajf il-volontiera tal-Emergency Response and Rescue Corps għamlu tindif f’diversi bajjiet turistiċi madwar Għawdex u Kemmuna.  Dawn il-bajjiet jinkludu r-Ramla, Mġarr ix-Xini, Ħondoq, Dwejra u Marsalforn f’Għawdex kif ukoll il-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Aqra aktar

Riforma meħtieġa fiċ-ċentri għall-iskart goff

Għal numru ta’ snin Iċ-Ċentri tal-Iskart Goff madwar Malta kienu qed jaraw użu estensiv mis-settur kummerċjali, użu li fisser id-detriment tal-għan prinċipali tas-siti: li skart domestiku goff ikun mormi b’mod li jkun jista jiġi rriċiklat.Issa il-kumpanija Wasteserve introduċiet riforma li se tiddistingwi bejn użu privat u dak kummerċjali skont it-tip ta’ vettura li dak li jkun se juża. Dan biex filwaqt li jkun hemm monitoraġġ aħjar tal-iskart goff xorta jingħata servizz xieraq lil kulħadd.

Aqra aktar

Jarmi qisu mhux hu! Ara l-filmat

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qal li l-infurzar fuq min jarmi skart barra, permezz tal-installazzjoni ta’ cameras CCTV, qiegħed jagħti l-frott.

Permezz ta’ Facebook, il-kunsill qal li se jkompli jżid l-infurzar fil-ġranet li ġejjin.

Filwaqt li tella’ filmat li fih tidher persuna tarmi l-skart, il-Kunsill qal li din l-informazjoni qed tintbgħat lil-pulizija sabiex jinħarġu l-multi, liema multi fil-Belt Valletta jitilgħu sa €5,823.43.

Aqra aktar

GreenPak issejjaħ għall-immaniġġjar tal-iskart fuq livell distrettwali

Dan l-aħħar saru għadd ta’ rapporti fil-midja juru ż-żieda ta’ skart mormi bl-addoċċ madwar Malta kollha. Agħar minn hekk, l-iskart jattira aktar skart, bil-problema tal-ħmieġ u żibel fil-pajjiż tiżdied minn ġurnata għall-oħra.

Kampanji ta’ tagħrif jgħinu biex tittaffa din il-problema nazzjonali, li qed tolqot it-tkabbir ekonomiku. Iżda, dawn l-isforzi waħedhom mingħajr infurzar serju tal-liġi huma ineffettivi. Fl-isfond tal-mod fragmentat li bik joperaw il-kunsilli lokali fl-obbligi tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart, il-kumpanija GreenPak sejħet biex il-gvern jiġbor flimkien lokalitajiet li huma ġirien ta’ xulxin taħt sistema reġjonali biex b’hekk l-iskart ikun immaniġġjat aħjar u b’mod effettiv.

Aqra aktar

Kienu żibel, imma issa jilqugħ

Minn tyres li ntremew illegalment fit-triq jew ma’ bring-in sites, saru reċipjenti oriġinali u kuluriti. 
Ħaddiema assenjati mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ iddeċidew li flok jarmu t-tyres, jirriċiklawhom u joħolqu xi ħaġa ġdida. Għalhekk waħħlu tliet tyes fuq xulxin u tank fin-nofs, biex b’hekk għandhom laned taż-żibel li jilqgħuk u li jmorru tajjeb f’ġonna jew bandli. S’issa saru tlieta minn dawn il-laned, u mill-ħeġġa li wrew in-nies meta raw ritratt tagħhom fuq il-paġa Facebook tas-Sindku Sarah Agius, il-Kunsill għandu jkun imħeġġeġ jaħseb f’oħrajn.

“Ilmenti ftit li xejn kellna” – is-Sindku tal-Floriana

Is-Sindku tal-Floriana,  Davinia Sammut Hili, esprimiet sodisfazzjon għal mod kif kien organizzat l-Isle of MTV ta’ din is-sena għalkemm għamlitha ċara li jekk is-sena d-dieħla jerġa’ jsir hemm bżonn li jerġa’ jkun hemm diskussjonijiet minn kmieni bejn in-naħat kollu biex ikun hemm titjib.

Aqra aktar

€400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif

Fi tliet snin, id-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għamel investiment ta’ €400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif.

Għall-ewwel darba qed isiru laqgħat regolari mal-istakeholders kollha involuti, flimkien ma’ kunsilli lokali, li żgur matul ix-xhur tas-sajf ma jistgħux ilaħħqu waħedhom ix-xogħlijiet tatindif.

Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew, id-Direttorat wasal fi ftehim mal-kunsilli lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti biex ikun hemm koperazzjoni fit-tindif ta wara l-monti f’diversi lokalitajiet, sistema li trid tiġi reveduta biex ikun hemm regoli ċari għall-bejjiegħa tal-monti.

Aqra aktar

Send this to a friend