skart – Page 3 – One News

Notifiki

Se jitwaħħlu 150,000 kontenitur tal-iskart organiku madwar Malta

Sal-aħħar tas-Settembru li ġej se jinfirex ma’ Malta kollha l-proġett li permezz tiegħu l-iskart tal-ikel, magħruf bħala skart organiku jinġabar f’kontenituri u boroż għalih.

Il-proġett b’investiment ta’ €5 Miljun, diġà twettaq b’suċċess fi proġett pilota li sar matul dawn l-aħħar sentejn f’Għawdex u fi 13-il lokalità.

Flimkien ma’ dan il-kontenitur, se jitqassmu wkoll boroż bojod li fihom se jinġabar l-iskart tal-ikel bħal qxur ta’ ħaxix u frott.Aqra aktar

ARA: Esportazzjoni tal-iskart goff elettroniku

Il-kumpanija Waste Electrical and Electronic Equipment Malta se tiġbor, titratta u tirriċikkla ħames mija u sitt tunnellati ta’ skart elettroniku goff bħal fridges, freezers u water heaters, sabiex l-ikbar ċentru tar-rimi tal-iskart goff fl-Imrieħel issa qed jizvojta.

Aqra aktar

Jiżdied l-iskart imma qed nirriċeklaw aktar

Statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li l-kampanja favur l-irriċiklar qed tħalli l-frott.

Dan għall-fatt li fl-elfejn u sittax kien hemm żieda fil-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża.

Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża żdied bi kważi ħmistax fil-mija.

Dan filwaqt li l-ġbir tal-borża s-sewda naqas bi kważi sitta fil-mija.Matul is-sena li għaddiet l-iskart domestiku ġġenerat ammonta għal ftit aktar minn mitejn u tmenin elf tunnellata.

Dan ifisser meta mqabbel mal-elfejn u ħmistax kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn tlettax-il elf tunnellata.

Aqra aktar

Tinżamm l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-impjant il-ġdid ta’ enerġija mill-iskart

Ilbieraħ inżammet l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tekniku mqabbad apposta biex janalizza u jikkonverġi rapporti dwar l-aħjar teknoloġija li għandha tiġi użata f’pajjiżna għall-impjant il-ġdid ta’ waste to energy. Matul din il-laqgħa, li għaliha attenda il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera, minħabba li kienet waħda ta’ introduzzjoni, ġie spjegat it-terms of reference ta’ dan il-kumitat.

Għal din il-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti l-membri kollha tal-Kumitat imħabbar mill-Ministru Herrera fil-jiem li għaddew, kien mistieden ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni li baqa’ ma attendiex. Aqra aktar

AĠĠORNAT: Pjan biex l-enerġija tiġi ġġenerata mill-iskart

Fl-ewwel mitt jum tiegħu, il-Gvern ħabbar proġett li bih se tiġi ġġenerata l-enerġija mill-iskart.

Fl-isfond tas-sbuħija tal-Imdina, il-Ministru għal Ambjent Jose’ Herrera saħaq li fid-dawl li l-miżbla tal-Għallies kull ma tmur qed timtela’ tant li fadlilha biss sentejn oħra, ħa azzjoni importanti.

Spjega li ħatar Kummissjoni magħmula fost l-oħrajn minn ambjentalisti bħal Professur Edward Mallia u qal li sal-aħħar ta’ din is-sena trid tħejji rapport ta’ kif se jitwettaq il-proġett.Aqra aktar

Fl-erbgħa ta’ filgħodu, iħalli l-karozza f’nofs ta’ triq biex jixħet iż-żibel fejn iridu hu

Attent kif, fi xħin u fejn tarmi ż-żibel. Illum il-ġurnata, bis-sistema CCTV, tinqabad.

Il-Viċi Sindku ta’ Ħal Qormi Bjorn Azzopardi kiteb hekk fuq Facebook: “Il-cameras jibdew jagħtu l-frott tagħhom. Bdejna nistabilixxu min, x’ħin u kif qed jintrema l-iskart f’din il-kantuniera partikolari”.

Ir-ritratti meħuda minn filmat li Azzopardi tella’ fuq Facebook juru persuna li mxiet tul it-triq biż-żibel biex xeħtitu fir-rokna mesmmija.Aqra aktar

Send this to a friend