skart – One News

Notifiki

Investiment favur aktar separazzjoni tal-iskart

Il-kumpanija WasteServ se tinvesti żewġ miljun ewro biex tiftaħ linja oħra fil-Kumpless ECOHIVE fin-Naxxar, li minnha se tieħu skart riċiklabbli ta’ kwalità għolja b’potenzjal li jerġa’ jidħol fil-katina tal-provista.

Għal dan il-għan, ħarġet sejħa għall-offerti għat-tagħmir li se jintuża f’dan il-proġett, li se jkun parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.

Il-Kap Eżeuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca spjega li din il-linja se tkun qed tipproċessa madwar wieħed u erbgħin elf tunnellata ta’ materjal li se jiġi sseparat permezz ta’ makkinarju apposta li ħa jkun qed jiġbor u jagħżel b’mod awtomatizzat it-tipi differenti ta’ metall, kartun u plastik.

Aqra aktar

Is­-saħħa tal-­ħaddiema tibqa’ prijorità għall-­Wasteserv ­- s’issa l-­ebda servizz ma ġie mwaqqaf

L-­immaniġġjar tal­-iskart huwa suġġett ta’ interess pubbliku kbir, u minn żmien għal żmien ikun hemm diversi artikli differenti fuq dan is-suġġett. Artiklu li ħareg il-­Ġimgħa 3 ta’ April 2020 fil­ġurnal Times of Malta abbina l­-pandemija kurrenti tal­-Coronavirus ma’ livell ġdid ta’ ‘kriżi fl-­immaniġġjar tal-­iskart’. Aqra aktar

Send this to a friend