Notifiki

Imniedi sit elettroniku apposta għal persuni b’diżabilità

Il-fondazzjoni Inspire u l-Fondazzjoni Richmond nedew pjattaforma online, magħrufa bħala Know Your Rights, sabiex persuni b’diżabilità kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom, ikollhom aktar aċċess sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

F’dan is-sit online, il-persuni b’diżabilità għandhom it-tweġiba għal 78 mistoqsija dwar bosta servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom fosthom dak ta’ Learning Support Educator.Aqra aktar

Dehra ġdida għal josephmuscat.com

Madwar Malta u Għawdex hemm numru ta’ sinjali li fuqhom hemm is-sit tal-Prim Ministru Joseph Muscat – josephmuscat.com, jekk tegħlbek il-kurżita u tittana tidħol fis-sit se tinduna b’dehra kompletament ġdida. Dan għaliex għall-kampanja elettorali tal-2017 is-sit tal-Prim Ministru se jkun qed iżommok aġġornat, fost oħrajn, bil-kalendarju tal-avvenimenti. Eżempju llum tista’ ssib dettalji dwar il-mass rally li se jżir fiż-Żurrieq:

Aqra aktar

Siti onlajn magħrufa mal-Maltin ibiegħu fur oriġinali bħala falz

Sky News qed jirrapporta li nstabu erba’ tipi ta’ pil tal-annimali li qed jinbiegħ minn ħwienet bħala faux fur minkejja li jkun oriġinali.

Espert tal-fibri identifika żraben u ingwanti fost oħrajn li qed jinbiegħu bħala oġġetti li ma ntużax pil ta’ annimali biex ġew magħmula meta fil-verità l-pil huwa reali.

Ir-renju Unit ma jippermettiex li l-pil ta’ annimali bħal dak tal-fniek jintuża biex isiru aċċessorji tal-moda, fost oħrajn, iżda dan il-pil xorta waħda qed isib mod kif jiddaħħal fir-Renju Unit mill-Asja u qed jinbiegħ bħala materjal sintetiku.

Aqra aktar

One.com.mt ikompli jikseb is-suċċessi

F’inqas minn sena is-sit one.com.mt qed ikompli jikseb aktar suċċessi dan hekk kif skont il-klassifika Alexa dan is-sit issa jinsab fis-sitt post fost is-siti l-aktar ippreferuti mill-Maltin.

Dan ifisser li s-sit one.com.mt huwa fost l-aktar favorit mas-segwaċi Maltin, fost is-siti li jirrapportaw ġrajjiet kurrenti bil-lingwa Maltija.

Tispjega aktar fid-dettal l-Editriċi ta’ one.com.mt, Janice Bartolo, waqt PJAZZA.

Aqra aktar

Send this to a friend