Sirjan – One News

Notifiki

Se jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li għandu jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali fuq tfajla Maltija.

Najm Fahd ta’ 23 sena kien ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li fi żmien il-Milied tal-2015 ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla ta’ 16-il sena, li żammha kontra r-rieda tagħha, li attakkaha, u li kien taħt l-influwenza tax-xorb f’post pubbliku. Fil-Qorti kien instema’ li s-Sirjan gidem lit-tfajla u poġġa jdejh taħt id-dublett tagħha, qabel ma’ din iġġielditlu u ħarab.Aqra aktar

Ittieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ sikkina

Sirjan ta’ madwar 30 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ sikkina għall-ħabta tas-1.00 ta’ filgħodu.

Huwa mifhum li dan ġara waqt ġlieda fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun ma’ grupp ta’ rġiel Libjani.

Il-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna bid-dmija li kellha bżonn l-assistenza immedjata.

 

Aktar dettalji malli jaslulna.

Arrestat Sirjan fil-Ġermanja wara suspett li kien qed iħejji attakk suwiċida

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat żagħżugħ Sirjan hekk kif qed ikun allegat li kien qed jippjana li jwettaq attakk suwiċida f’Berlin.

L-akkużat, li għandu biss 17-il sena, ġie arrestat f’Uchermark, distrett f’Brandenburg.

Hu wasal il-Ġermanja fis-sena 2015 u beda jfittex post ta’ refuġju. L-akkużat kien qed jgħix f’post ta’ refuġju għal refuġjati taħt l-età ms-sena 2016 u l-Pulizija ma kellhom l-ebda suspetti dwaru.

F’Aleppo tirritorna l-logħba tal-ballun

F’Aleppo rritorna l-logħob tal-ballun dan hekk kif għall-ewwel darba f’ħames snin intlagħbet logħba mill-kampjonat lokali.

Il-belt li kienet fil-qalba ta’ ġlied imdemmi bejn il-forzi leali lejn il-Gvern Sirjan u r-ribelli ospitat logħba football ferm kumbattuta bejn Al-Ittihad u Hurriya.

Aqra aktar

FILMAT: Milied jaħseb f’niesu fis-Sirja

Il-belt ta’ Aleppo fis-Sirja se titniżżel fil-lista ta’ bliet li kitbu l-istorja. Storja ta’ waħda minn fost l-ibliet li l-istorja rathom jinqerdu bħalma kien ġara minn Guernica fil-gwerra ċivili fi Spanja.

Fil-każ ta’ Aleppo nqered wirt storiku Musulman li jmur lura sa elf sena.

Mal-wirt storiku nqerdu l-memorji ta’ individiwi u nfirdu għadd ta’ familji. Il-gwerra fis-Sirja ilha għaddejja ħames snin li matulhom aktar minn erba’ miljun u ħames mitt elf Sirjan fittex refuġju f’pajjiżi ġirien.

Huwa fi sfond ta’ diqa, ta’ tifrik li n-nies li għad fadal f’Aleppo u fis-Sirja se jqattgħu l-Milied.

Aqra aktar

Send this to a friend