simon schembri – One News

Notifiki

Jaqbduh id-dwejjaq kif jara l-mutur li kien isuq hu

Il-15 ta’ Mejju 2018. Il-ġurnata li biddlet ħajjet is-surġent Simon Schembri.

Sentejn ilu, Simon Schembri ħareġ għal ġurnata oħra ta xogħol bil-mutur tal-pulizija. Aqra aktar

Simon Schembri jinħatar Surġent tal-Pulizija

L-Uffiċjal tal-Pulizija Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surgent it-Tnejn waqt ċerimonja mmexxija mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ministru Michael Farrugia.

Il-Ministru qal li ċ-ċerimonja tal-lum hi pass ieħor ’il quddiem fejn Simon Schembri ġie maħtur fil-kariga ta’ surġent. Schmebri ingħata din il-kariga minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija. Simon Schembri rnexxielu jwaqqaf ukoll fondazzjoni li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna. Kien l-ispirazzjoni wkoll biex il-gvern iħaffef il-miżura mħabbra fil-baġit u jdaħħal skema ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati kollha, li mistennija titwettaq din is-sena.

Il-Kummissarju Lawrence Cutajar fakkar li ċ-ċerimonja tat-Tnejn kienet waħda importanti għall-Korp tal-Pulizija, għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.

“Meta ġejt bżonn, sibt, u nħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu jagħtu d-demm!”- Il-Kuntistabbli Simon Schembri

“L-għoti tad-demm importanti kif ġejt bżonnu jien tista tiġi bżonnu int! Agħti d-demm!”.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kuntistabbli Simon Schembri meta żar il-bank tad-demm. Schembri kellu bżonn ammont ta’ demm meta kien qed jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar f’Mejju li għadda. Dan wara li spiċċa mkaxkar mal-400 metru f’Ħal Luqa waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ Uffiċjal tal-Pulizija. Aqra aktar

“M’għadnix Simon li kont qabel imma ġejt Simon aħjar milli kont”

Tnediet il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light Foundation. Fondazzjoni li twaqqfet wara dak li għadda minnu l-kuntistabbli Simon Schembri.

F’din il-Fondazzjoni hemm koperti il-pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, Forsi Armati ta’ Malta, ħaddiema tal-emergenza u ħaddiema tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Hermann Mula qal li l-għaqda twaqqfet wara li grupp ta’ ħbieb ta’ Simon ingħaqdu biex jgħinu lil Simon u ħassew li għandha titwaqqaf din il-fondazzjoni li se tkun qed toffri għajnuna li diġà joffri lill-istat.

Fil-fondazzjoni se jkun hemm Bord: membru minn forzi tal-ordni u Teżorier u Segretarju Eżekuttiv indipendenti.

Fl-ewwel kummenti tiegħu Simon Schembri beda b’ringrazzjament lejn il-familja tiegħu, l-istaff mediku u anke l-bank tad demm.

Qal li ħajtu inbiddlet u m’għadiex kif kienet imma bl-għajnuna ta’ sħabu sar Simon aħjar milli kien.