Silvio Schembri – Page 10 – One News

Notifiki

“L-ikbar biża’ tiegħi hija li mhux se nkun parteċipi biżżejjed fit-trobbija ta’ wliedi”

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-bżonn ta’ aktar nisa fil-Parlament. Meta jissemma dan l-argument, jissmmew żewġ affarijiet, ġeneralment. Jibda d-dibattitu dwar għandux ikun hemm kwoti, u jiġi diskuss il-fatt li l-ħinijiet li jaħdmu Membri Parlamentari mhumiex tajbin għal min irid irabbi familja.

Hawn, abbli min huwa ġenitur u jaħseb ftit iktar fil-fond jiddarras. Mela l-missirjiet m’għandux ikollhom ħinijiet ‘family-friendly’ wkoll?

Propju fuq hekk tkellimna mal-Membru Parlamentari Silvio Schembri, għax għadu kemm sar missier għat-tieni darba.

“Il-ħajja ta’ ġenitur fil-politika mhix faċli! Jien bniedem li l-familja u d-dar inħobbhom ħafna, però minħabba impenji politiċi u s-sistema politika Maltija, il-ħin mal-familja jonqos ħafna.

Riċentement erġajt sirt missier, din id-darba ta’ tifla.

Aqra aktar

Silvio Schembri jsir missier għat-tieni darba – merħba lil baby Faith

Il-Membru Parlamentari Laburista se jibqa’ jiċċelebra nhar is-sitta ta’ Marzu bħala l-jum li fih il-familja tiegħu tat merħba lil Faith. Hija t-tieni wild ta’ Silvio u Deandra Schembri, u oħt iċ-ċkejken Zak.

“Jien raġel kuntent” kiteb Schembri; ftit kliem li però jiġbru  l-ferħ li jġibu magħhom mumenti bħal dawn.

 

F’pajjiżna reġa’ hawn il-fiduċja li kienet intilfet

L-Ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna qed twassal għal ħajja aħjar għall-familji u n-negozji. Illum Malta hija suċċess għax hawn Gvern li qed jieħu d-deċiżjonijiet. Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista indirizzata mid-Deputat Laburista Silvio Schembri u Dr Aaron Farrugia.

Farruġia spjega kif f’temp ta’ ġimgħa ħarġu erba’ rapporti ekonomiċi dwar pajjiżna – rapporti pożittivi ħafna dwar l-andament ekonomiku ta’ Malta, iżda li fuq kollox jitkellmu dwar l-impatt ta’ dawn ir-riżultati fuq il-familji Maltin u Għawdxin. “Huwa tajjeb u sabiħ lin-numri jkunu pożittivi u sbieħ, iżda l-aktar importanti huwa li dan iħossuh in-nies,” spjega Dr Farrugia.

Aqra aktar

Boroż ta’ studji dwar il-problemi marbuta mal-logħob tal-azzard

Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli (The Responsible Gaming Foundation – RGF) irrappreżentata u l-Università ta’ Malta ffirmaw ftehim li jispeċifika l-oqsma ta’ kooperazzjoni reċiproka. 

L-għan tal-RGF tinkludi l-ħolqien ta’ għarfien aktar wiesa’ tal-kobor tal-problemi assoċjati mal-logħob f’Malta, kif ukoll il-kawżi possibbli u l-konsegwenzi tagħhom, bil-ħsieb li tipprevenihom, u li tipprovdi l-appoġġ u l-pariri meħtieġa għal logħob tal-azzard bi problema u d-dipendenti tagħhom.

Aqra aktar

Jgħidlu li ‘għall-miżbla tajjeb’

“Lil dan ma nafux…ngħidlu nitlob għalik…tagħmel kumpanija tajba ma’ Simon u Salvu”.

Hekk kiteb il-Membru Parlamentari Laburista wara kliem dispreġjattiv fil-konfront tiegħu u ta’ familtu li sab jistennih fuq Facebook. Kliem riflessiv ta’ klima politika diviżjorja li qed tħalla titrawwem mill-Kap tal-Oppożizzjoni, u li ma tagħmel ġid lill-ebda naħa politika.

Aqra aktar

Inawgurata sala mużikali ġdida

Ġewwa l-Każin tal-Banda L-Unjoni Ħal Luqa ġiet inawgurata sala mużikali ġdida li ġiet rinovata bl-aqwa mod għal kunċerti mużikali u tagħlim tal-mużika.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ din is-sala, l-Membru Parlamentari Silvio Schembri kkongratula lill-Banda L-Unjoni għall-għaqal li l-amministrazzjoni tal-għaqda wriet sabiex dan il-proġett seta’ jsir b’tant ħegga fl-interess tal-Banda u l-kultura mużikali fil-lokal.

Bħala project leader ta’ dan il-proġett, l-Onor. Silvio Schembri qal li permezz ta’ dan l-investiment fi ħdan il-lokalita’ ta’ Ħal Luqa, it-tfal u l-mużiċisti tal-lokal issa għandhom post ieħor tal-ogħla livell fejn jitgħallmu u jtejbu t-talent mużikali tagħhom.

Aqra aktar

Silvio Schembri jappella biex jiġi rregolat ir-reklamar tal-logħob tal-azzard

Id-deputat Laburista Silvio Schembri, li huwa ċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Maltija għal-Logħob Responsabbli appella biex f’Malta titrawwem politika li tirregola l-mod kif ikun irreklamat il-logħob tal-azzard.

Meta tkellem fl-aġġornament tas-seduta Parlamentari, Schembri qal li l-problema tal-logħob, li taffettwa kemm nisa kif ukoll irġiel, hi waħda reali u jekk tkun akuta titqies bħala marda. Huwa ssuġġerixxa jekk wasalx iż-żmien li riklam għal-logħob tal-azzard kif ukoll biljetti tal-lotteriji għandux ikollhom messaġġi li jwissu dwar ir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard jew kemm fir-realtà hu ċ-ċans ta’ rebħ.

Aqra aktar

Meta l-‘partner’ ikun magħruf

Saret drawwa għall-membri tal-Oppożizzjoni li jattakkaw jew jirreferu għal qraba ta’ deputati jew uffiċjali tal-Partit Laburista.

Rajniha fil-każ tad-deputat Silvio Schembri li nfetaħ attakk fuqu għax martu taħdem l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Biex wara xhur sħaħ (saħansitra filwaqt li kienet tqila) li fihom kienet fil-mira ta’ kampanja sistematika fu il-media tal-PN irriżulta li bil-provi li ma kellha xejn x’taħbi.

Aqra aktar

Send this to a friend