silvio parnis – Page 5 – One News

Notifiki

#Treedom għal żoni iktar ħodor f’Ħad-Dingli

L-importanza ta’ iktar tħawwil ta’ siġar indiġeni qiegħda kulma tmur tiżdied. Minbarra li estetikament dawn isebbħu l-irħula u l-ibliet tagħna, il-benefiċċiji li wieħed jieħu mis-siġar imorru lil hinn minn hekk, u huma ħafna l-kampaniji edukattivi mmirati sabiex iqajmu iktar għarfien dwar dan. #Treedom hija waħda minnhom.

Quicklets u Zanzi ngħaqdu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, sabiex għal kull dar mibjugħa minn Zanzi Homes, il-kumpanija ħawlet siġra, b’total ta’ ’l fuq minn 100 siġra mħawla s’issa. Proġett li inkluda wkoll il-kollaborazzjoni tal-iskola primarja f’Ħad-Dingli u d-Dingli Scouts, flimkien ma’ NGOs oħra.

Aqra aktar

Jinħass il-bżonn ta’ bidla fir-reġjuni

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis iltaqa’ mal-Kumitat tar-Reġjun tat-Tramuntana u qal li hekk kif ħa l-inkarigu ta’ segretarju parlamentari mal-ewwel beda bil-ħidma li għandha twassal għal riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali.

Silvio Parnis qal li l-istrateġija tar-riforma tinkludi b’mod kruċjali li jkun hemm konsultazzjonijiet u diskussjonijiet mas-setturi kollha biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet. Ir-riforma tal-Gvern Lokali trid tara bidla fir-rwol u fil-poteri tar-reġjuni u s-Segretarju Parlamentari qal li jixtieq jiltaqa’ ma’ dan ir-reġjun biex jisma’ l-aspirazzjonijiet u l-proposti li għandu għall-bidliet li hemm bżonn isiru. Biex jitwettqu l-aspirazzjonijiet u l-proposti diversi, hemm bżonn ta’ fondi meħtieġa għalhekk ġew ivvutati wkoll fondi speċifiċi biex ir-reġjuni jwettqu pjan ekonomiku, soċjali, kulturali u reġjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li hu kuntent bil-kontribut ta’ kulħadd u li għandu jkun hemm riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali li tħares lejn l-interessi ta’ kulħadd, kemm ta’ dawk li joperaw fil-kunsilli lokali kif ukoll ta’ dawk li jirċievu servizzi mingħandhom, filwaqt li appella biex issir ħidma kollettiva biex b’hekk din ir-riforma tkun suċċess.

 

Żjara lil korsijiet ta’ Robotica Nation fil-Kunsilli Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żar żewġ kunsilli lokali li fihom qed jiġu offruti korsijiet bl-isem Robotica Nation lit-tfal. Iż-żjara saret fil-kunsilli lokali tal-Mellieħa u ta’ Ħaż-Żabbar u hu ltaqa’ mas-sindki, il-kunsilliera u t-tfal li qed jagħmlu l-korsijiet ta’ Robotica Nation biex jara l-progress li qed isir.Aqra aktar

Diskuss l-irwol tal-Kunsilli Lokali

Sar studju dwar il-vijabilità ta’ ċentri reġjonali mħaddma mir-reġjuni lokali li kien ippreżentat lill-gvern.

Dan irriżulta f’laqgħa li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali, Silvio Parnis, kellu mal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali fejn kien ikkonfermat li r-reġjun tax-xlokk ressaq dan l-istudju fuq proġett maħsub bl-isem ta’ reach out.

Il-ħsieb nibet mill-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali li ħarġet bl-idea li f’kull wieħed mir-reġjuni li hu mqassam fihom pajjiżna jkun hemm ċentru ta’ dan it-tip.

Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, spjega l-effett li jħallu f’ħajjet ir-residenti ċentri bħal dawn jekk kemm-il darba jsiru.

Aqra aktar

“In-nies igawdu l-frott ta’ Gvern li jisma’”

Il-Baġit 2017 kien l-aħħar minn sensiela ta’ konfermi li l-Partit Laburista mill-Gvern, mhux biss huwa Gvern li jisma’, imma fuq kollox li jieħu azzjoni.

Fi stqarrija d-deputat Laburista Silvio Parnis fakkar li fost l-ewwel minn sensiela ta’ deċizjonijiet li se jkunu qed jibbenefikaw minnha n-nies, hemm dik li dawk kollha li jbatu bid-dijabete tat-Tip 1 minn din il-ġimgħa se jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw minn erba’ sticks kuljum biex jiċċekkjaw iż-żokkor b’xejn irrispettivament mill-età.

“Din hija ċertament deċizjoni li se tkun qed tagħmel id-differenza f’ħajjet dawk il-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni. Inkoraġġanti huwa wkoll il-fatt li mis-sena d-dieħla din il-miżura se tibqa’ tkun estiża anke għal dawk li għandhom dijabete tat-Tip 2 u qegħdin fuq l-insulina saħaq Silvio Parnis.

Aqra aktar

Send this to a friend