Bħalissa għaddejja ħidma fi Ġnien il-Mediterran li jinsab f’Raħal Ġdid sabiex dan ikun jista’ jitgawda minn kull min iżur din il-lokalità. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis illum żaru dan il-ġnien sabiex jagħtu aġġornament dwar ir-riġinerazzjoni tiegħu.
Is-siġar kollha li kienu jdawru l-pjazza ta’ Raħal Ġdid qabel bedà l-proġett ta’ rinovar, ġew rilokati għal żoni oħra fl-istess raħal biex b’hekk l-ebda siġra ma’ ġiet meqruda għajr għal waħda li kellha l-għeruq tagħha mdawra mas-servizzi tal-elettriku.
Ilbieraħ, l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju, 2018 inzammet konferenza tal-aħbarijiet mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fl-okkażjoni ta’ varar ta’ photobook ġdid dwar il-lokalità tal-Imtarfa, bl-isem ta’ L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel u li fih xejn inqas minn 86 paġna u 146 ritratt u huwa maqsum fi 8 sezzjonijiet.
Għal dan il-għan, il-Kunsill ikkummissjona fotografu mill-lokal, is-Sur Reuben Seychell. Għalkemm minnu nniffsu huwa photobook u għaldaqstant l-enfasi sar fuq ir-ritratti, il-ktieb fih ukoll introduzzjoni għal kull sezzjoni, u din ħa ħsiebha s-Sur Vincent Zammit, li huwa gwida turistika, lecturer kif ukoll konsulent dwar l-istorja u l-kultura.
L-għan prinċipali tal-ktejjeb huwa biex iqarreb lit-turisti kif ukoll lil Maltin li m’humiex midħla tal-Imtarfa, mal-istorja u s-sbuħija unika ta’ dan il-villaġġ ċkejken. Fi kliem l-istess editur, is-Sur Zammit jgħid li normalment ħafna nies jafu l-Imtarfa biss mill-bogħod, għaliex tinsab ezattament faċċata tas-swar tal-Imdina. Meta wieħed jasal wasla sal-Imtarfa izda jiskopri wirt li tħalla mill-Inglizi prinċiparjament imma mhux biss. Fil-fatt fl-Imtarfa wieħed jista’ jsib anke oqbra puniċi u cart ruts fost oħrajn.
Is-Sindku, Dott. Daniel Attard, fisser kif dan il-ktieb huwa ħolqa oħra mill-vizjoni ħolistika tal-Kunsill illi jpoġġi l-Imtarfa fuq il-mappa turistika lokali. Dan flimkien ma’ proġetti oħra li qed jaħdem fuqhom l-istess kunsill, primarjament ir-restawr tat-torri tal-arloġġ, il-bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni għat-turisti u r-riġenerazzjoni tal-pjazza.
Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll l-Onorevoli Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, f’isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill, li għalkemm zgħir, irnexxielu inaqqax paġna importanti fl-istorja tiegħu bil-publikazzjoni ta’ dan il-ktieb.
Illum se tinfetaħ it-triq prinċipali li tagħti għal salib it-toroq ma’ Triq Luqa, Triq Tarxien u Triq Palma. Fl-istess mkejjen se jerġa’ jiżdied il-parkeġġ.
Imiss li tiġi installata street furniture tal-ogħla livell u titlesta l-biċċa ta’ quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinfetaħ b’mod uffiċjali din il-pjazza.
Fix-Xatt tal-Gżira, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, u ċ-Chairman tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg indirrizzaw konferenza stampa dwar l-infurzar fil-kostruzzjoni.
Eluf ta persuni mistennija jattendu għall-dak li qed jiġi meqjus bħala wieħed mill-akbar avvenimenti ta din is-sena. Crossroads@Zabbar se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-pjazzez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar u jinkludi kunċert ta mużika Maltija minn Corazon, kunċert minn Ira Losco u l-band tagħha, wirja unika awdjoviżiva mall-faċċata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, kunċert mill Versatile brass band u logħob tan-nar tal-art.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis attenda għall-34 Laqgħa tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu. Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari qal li din is-sena f’pajjiżna qed niċċelebraw il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-gvern lokali.
Iffirmat ftehim ma’ sitt kunsilli lokali li ser jibbenefikaw mill-proġett tal-Ministeru għall-Ambjent ‘Tħaddir tal-Komunitajiet’. Il-kunsilli lokali li ntagħżlu din is-sena huma l-Pietà, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, l-Imdina, s-Swieqi u s-Sannat Għawdex.
Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera sostna li bil-ftehim li ġie ffirmat ġiet mwettqa wegħda tal-Budget 2018. B’kollox, mill-bidu ta’ dan il-proġett fl-2014 ibbenefikaw 27 kunsilli lokali u ġew allokatti kważi €900,000.
L-allokazzjoni għas-sitt kunsilli lokali ser tkun ta’ €180,000, li 75% tal-fondi ser jingħataw malli jiffirmaw il-ftehim u 25% tal-fondi jingħataw mat-tlestija tal-proġett.
Għaddej b’ritmu mgħaġġel il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid, waħda mill-akbar pjazez fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li x-xogħol jinsab għaddej ġmielu fuq it-tliet naħat tal-pjazza, li jinkludu dak li qed jissejjaħ il-Green Corridor, iż-żuntier tal-knisja, u l-pjazza prinċipali.
Ix-xogħol ta’ pavimentar jinsab kważi lest bit-triq prinċipali nksiet bil-porfido.
Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis qal li dan il-proġett se jkun ċentru kummerċjali fin-naħa tan-nofsinhar ta’ pajjiżna.
Green Corridor huwa kunċett ġdid, fejn qabel kien hemm latrina illi aħna neħħejnieha min hemmhekk u għamilniha wara s-suq. Però l-iskop tiegħu huwa li mill-pjazza tista’ tidħol għal dan il-Green Corridor li twassal għal Ġnien il-Mediterran.
Wara ftehim mal-Knisja, iz-zuntier se jiċkien u parti kbira minnu se tinbidel ukoll f’żona pedonali.
Il-Perit tal-Proġett Christopher Mintoff qal li wara li tlesta ħafna mix-xogħol fil-pjazza li se jkun spazju miftuħ għan-nies, fil-ġimgħat li ġejjien se tintrama l-għamara l-ġdida biex tikkumplimenta dan il-proġett ambizzjuż.
Il-Perit spejega li x-xogħol sar fuq tliet fażijiet, bl-ewwel fażi tkun it-tneħħija tas-siġar li tħawlu fil-parkeġġ taċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Ix-xogħol kompla bil-bini ta’ triq ewlenija b’żewġ korsiji bit-traffiku jibda jgħaddi minn fejn il-każin tal-Hibernians.
Il-perit Mintoff qal li l-aħħar fażi tinkludi tisbiħ ħdejn iċ-ċentru tas-saħħa li minn parkeġġ se jinbidel ukoll f’żona pedonali.
Is-Sur Parnis qal li fl-interess tal-komunità kummerċjali, il-pjazza ma saritx kollha żona pedonali.
Dan il-proġett mistenni jkun iffinalizzat f’Lulju li ġej.