silvio parnis – Page 2 – One News

Notifiki

16-il kors differenti fil-komunità se jgħallmuna ngħixu ħajja aħjar

Il-Gvern iffirma ftehim mal-organizzazzjoni volontarja ‘Home Economists in Action’, li se jkun mifrux fuq it-tliet snin li ġejjin. Din l-organizzazzjoni ttella’ bosta korsijiet fil-komunità bil-għan li jinħoloq għarfien li jippromwovi stili ta’ ħajja aħjar, ippjanar b’għaqal u tagħlim ta’ ħiliet.

Il-ftehim kien konkluż bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, b’finanzjament ta’ €123,000 fuq perjodu ta’ tliet snin għal 16-il kors differenti.Aqra aktar

Jinġabru 128 tunnellata ta’ skart f’Birżebbuġa

Fl-aħħar erbat ijiem, għaxar ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif ġabru mal-mija u tmienja u għoxrin tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor li ħammġu u kerrhu ż-żona tal-Girgħien f’Tal-Papa f’Birżebbuġa.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, qal li fl-ewwel tliet xhur tas-ena, il-ħaddiema tad-Diviżjoni ġabru ’l fuq minn erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ skart illegali waqt li s-sena li għaddiet inħarġu ’l fuq minn elf u mitejn ċitazzjoni fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu barra.

“F’dawn l-aħħar tliet xhur inħarġu madwar ħames mitt ċitazzjoni għal min abbuża kemm minn sempliċiment borża tal-iskart illi tinħareġ fil-ġurnata l-ħażina, kif ukoll għar-rimi llegali tal-iskart”

Waqt li kienu għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ tindif f’Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, semma kif dan l-aġir irresponsabbli jrid jispiċċa.

“Isiru aktar aware u jkunu aktar aware ukoll minn numri li għandna available, mill-app online. 1718 biex jiġbrulek l-iskart jekk għandek skart żejjed jew ma tafx x’se tagħmel bih u fl-istess ħin hemm app biex ikoll tirraporta. Ħalli kemm jista’ jkun inkunu kollha qed niġbdu ħabel wieħed ħalli jkollna Malta dejjem isbaħ.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-sena l-oħra biss id-Diviżjoni neħħiet aktar minn 16-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Qal li din id-diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, li l-Uffiċjali tal-Komunità qed ikunu aktar qrib il-bżonnijiet tal-komunità. Qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA, li qed taħdem id f’id mad-diviżjoni għall-Indafa, se jwassal għal servizz aħjar liċ-ċittadin.

Il-Kunsilli Lokali se jingħataw €120,000 għal proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien tal-annimali

Fond ta 120,000 ewro se jagħti l-opportunità lill-Kunsilli Lokali li jwettqu proġetti sabiex jinħolqu iżjed postijiet għall-annimali u inizjattivi oħra għall-ħarsien tagħhom.

Fost il-proġetti li l-kunsilli se jkunu jistgħu iwettqu, il-fond se jkun użat biex isiru spazji miftuħa għall-klieb, cat cafès u kampanji ta’ neutering.Aqra aktar

Il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis iniedu servizz ta’ trasport ‘on demand’ b’xejn imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Pietà

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru l-lokalità tal-Pietà fejn flimkien mar-rappreżentanti tal-kunsill lokali tal-istess lokalità nedew servizz ta’ trasport on demand b’xejn għar-residenti u l-ħaddiema ta’ din il-lokalità.

Aqra aktar

Il-Kunsilli Lokali se jibdew jassistu l-Bank tad-Demm

Il-Kunsilli Lokali u ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm iffirmaw ftehim li permezz tiegħu huwa maħsub li jinġabru mal-elf borża demm aktar fis-sena.

Dan tħabbar waqt l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn ċ-Ċentru għat-Trasfużjoni tad-Demm u l-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

Lejn riforma dwar kif joperaw is-swieq fil-beraħ

Tnediet il-White Paper għal riforma tas-swieq fil-beraħ, li se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika ghat-tliet ġimgħat li ġejjin, sal-14 ta’ Diċembru. F’pajjiżna hawn 21 suq fil-beraħ li għandhom bejniethom mal-1,600 post. L-għan tal-White Paper hu li toħloq bilanċ bejn l-interessi tal-bejjiegħa, tal-konsumaturi u tar-residenti.Aqra aktar

42 Kunsill Lokali jingħataw għajnuna finanzjarja biex jipprovdu libreriji aħjar lill-komunitajiet tagħhom

Ftit jiem biss wara li l-kunsilli lokali ngħataw l-allokazzjoni finanzjarja tagħhom, dawn  ġew ippreżentati wkoll bis-somma ta’ ftit aktar minn €18,000 għall-iskema finanzjarja favur il-komunità, “Libreriji Lokali/Reġjonali”. L-għan ta’ din l-iskema huwa li l-libreriji lokali u reġjonali jkunu komdi u attrezzati kif suppost u jipprovdu servizz ta’ kwalità għolja biex iħajru aktar ċittadini jużaw il-libreriji.

Dawk il-kumitati reġjonali u kunsilli lokali li għandhom librerija pubblika kienu eliġibbli li japplikaw għal fondi permezz ta’ din l-iskema. Din l-iskema tiffinanzja 50% tal-ispiża sa massimu ta’ €600 (inkluża l-VAT) u tkopri diversi xogħlijiet jew xiri ta’ apparat jew servizzi.Aqra aktar

Send this to a friend