silvio parnis – One News

Notifiki

Iffirmat ftehim li se jwassal biex it-tfal tat-twelid sa żgħażagħ ta’ 16 -il sena jkunu screened għall-iżviluppi intellettwali u fiżiċi

Ġie mniedi l-qafas sabiex titfassal l-istrateġija ta’ screening tat-tfal sabiex sa minn etajiet bikrija, jiġu identifikati u jingħarfu diffikultajiet.Aqra aktar

Ippremja lill-għeżież tiegħek – Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Anzjanità Attiva 2020

Fetħu b’mod uffiċjali l-applikazzjonijiet għall-premju Anzjanità Attiva li għall-ewwel darba ser tkun qed tħejji disa’ premjijiet.

L-avveniment annwali jirrikonoxxi l-ħidma ta’ diversi anzjani li ta’ kuljum jagħtu kontribut lis-soċjetà tagħna.

Iċ-Chairman tal-Bord tal-Għażla, il-Professur Carmel Borg saħaq li dawn il-premjijiet għandhom l-għan li juru l-anzjanità fil-milja tagħha.

“Sew inkunu qed infittxu anzjani li huma attivi llum, attivi b’diversi modi fil-kamp kulturali, fil-kamp sportiv, fil-kamp akkademiku, fl-altruiżmu tagħhom mela fil-kamp soċjali u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ relazzjonijiet. Mela dan mhuwiex premju li jippremja l-karriera imma se jħares lejn anzjani llum u l-attività tagħhom.”

Fost il-premjijiet li ser jingħataw din is-sena hemm il-premju għall-Koppja Miżżewġa, Mudell Ideali u Anzjanità Attiva fid-Djar Residenzjali fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis stqarr li din is-sena l-anzjani kellhom sfida liema bħala fid-dawl tal-pandemija iżda wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li tul is-sena kienu bosta l-anzjani li ħarġu b’ideat innovattivi biex iżommu lilhom infushom attivi.

In-nominazzjonijiet jagħlqu fl-aħħar ta’ Settembru, filwaqt li ċ-ċerimonja tal-premjijiet se ssir xahar wara b’mod virtwali.

L-applikazzjoni tista’ tinkiseb mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, permezz ta’ email jew mill-uffiċini tal-Kunsilli Lokali.

 

F’sena ġew rappurtati aktar minn 100 każ t’abbuż mill-Blue Badge tad-diżabilità

Bejn Ottubru tal-2017 u Ottubru tal-2018 tressqu ftit aktar minn mitejn ilment għand il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilitàm minn persuni b’diżabilità jew minn qrabathom.Aqra aktar

Is-servizz tat-teħid tad-demm għall-anzjani ġie estiż għar-residenti tal-Fgura u Ħaż-Żabbar

Ġie estiż is-servizz tal-flebotomija, jiġifieri t-teħid tad-demm, għall-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità iżda li ma jistgħux joħorgu minn djarhom. Dan il-proġett pilota li beda minn Birkikara u l-Mosta issa qed jiġi estiż fil-lokalitajiet tal-Fgura u Haż-Żabbar. Dan is-servizz huwa mistenni li jinfirex fuq skala nazzjonali.Aqra aktar

Send this to a friend