sigurta – Page 4 – One News

Notifiki

Issa tista’ tapplika għaċ-ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija online

Mill-ġimgħa d-dieħla, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija tista’ wkoll issir online. Dawk b’karta tal-identità Maltija, permezz tas-sistema e-id jistgħu japplikaw għal kondotta online u jirċevuha fil-kumdità ta’ darhom mingħajr ma jmorru fiżikament fl-uffiċċju tal-kondotti tal-pulizija l-Furjana. Dan qalu il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt żjara li għamel lill-Pulizija stazzjonati fl-uffiċċju fejn jinżammu l-kondotti.

Aqra aktar

Investiment ta’ €2 MILJUN se jtejjeb is-sigurtà f’Malta

  • Imħabbra erba’ proġetti importanti b’investiment ta’ kważi €2 miljuni, immirati lejn it-titjib tas-sigurtà u l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati u l-Korp tal-Pulizija se jkunu qed jibbenefikaw minn kważi €2 miljuni, li minnhom kważi €1.5 miljun huma ffinanzjati mill-fondi tal-UE.

L-awtorità responsabbli fil-fatt approvat żewġ proġetti għall-Korp tal-Pulizija vvalutati madwar €1.2 miljun – taħt il-Programm 2014-2020 Fond tas-Sigurtà Interna, immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pulizija fejn jidħlu kriminalitajiet elettroniċi u l-integrazzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-pulizija, ma’ sistemi oħra internazzjonali, sabiex iżidu l-effiċjenza ta’ kif joperaw u fl-istess waqt itejbu s-sigurtà ta’ Malta.

Aqra aktar

Żomm għajnejk fuq it-triq

Ilbieraħ filgħaxija, Transport Malta xandret riklam ġdid, bħala parti mill-kampanja ‘Rispett fit-Triq. Il-kampanja mnedija x-xahar li għadda fiha bosta fażijiet u se tkompli fil-ġimgħat li ġejjin. Il-messaġġi tal-kampanja qed jixxandru fuq it-televiżjoni, fuq is-siti soċjali u jinstemgħu fuq l-istazzjonijiet tar-radju.
Aqra aktar

Titnieda strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà diġitali

Il-Gvern, b’kollaborazzjoni mal-MITA nieda strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà diġitali.

Din għandha sservi ta’ qafas li jipproteġi sistemi, netwerks u informazzjoni fuq l-internet , kif ukoll nies li jagħmlu uzu minn dawn is-servizzi.
Il-Ministru Manuel Mallia qal li l-Kummisjoni Ewropea tqis lil Malta wieħed mill-aktar pajjiżi Ewropej li qed jiżviluppaw  b’ rata mgħaġġla.  Għaldaqstant il-Gvern, filwaqt li jkompli jħeġġeġ l-użu tajjeb tat-teknologija, irid ukoll jara li jkun hemm qafas strateġiku li jilqa’ għall-isfidi ta’ sigurtà li jinqalgħu.

Aqra aktar

JUNCKER: Unjoni Ewropea aktar viċin iċ-ċittadini

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean -Claude Juncker fid-diskors tiegħu waqt SOTEU  ħeġġeġ lill -mexxejja tal-UE biex ma jħallux Brexit jiddomina l-aġenda politika Ewropea, huwa qal li jeħtieġ ikollna viżjoni pożittiva għall-Unjoni li minkejja dak li kien qed jintqal fl-aħħar jiem ma tinsabx f’riskju. Aqra aktar

“Malta ppreparata tajjeb ħafna għall-Presidenza”

Id-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Christine Roger, qalet li tinsab impressjonata bil-livell ta’ tħejjija, impenn u professjonaliżmu li qed juru l-amministrazzjoni ta’ Malta vis-à-vis l-ewwel Presidenza tal-Kunsill li se tkun f’idejn il-pajjiż.
Aqra aktar

‘L-Ingilterra se tibqa’ l-ikbar ħabiba ta’ Malta’ – Michael Fallon

 

Is-Segretarju tal-Istat għad-Difiża Ingliż Michael Fallon għamel żjara qasira Malta u kellu laqgħat mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela. Fid-diskussjonijiet li saru fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa tkellmu fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Ingilterra, is-sitwazzjoni tas-Sigurta fil-Mediterran b’enfasi partikolari fuq il-Libja, l-immigrazzjoni rregolari u attivititajiet illegali oħra li qed iseħħu fir-reġjun.

Waqt li indirizzaw konferenza għal mezzi tax-xandir, il-Ministru Abela ddeskriva l-laqgħa ta’ Michael Fallon wara r-referendum dwar is-sħubija tal-Ingilterra fil-Unjoni Ewropea bħala sinjal tar-relazzjonijiet ottimi li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa qal li importanti li Malta u l-Ingilterra jibqgħu jaħdmu flimkien mhux biss għal benefiċċju tagħhom imma anke għall-aħjar interess tal-istabilita fil-Mediterran u r-reġjun tal-Lvant Nofsani.

Aqra aktar

“Se nibqgħu nkunu viġilanti” – Carmelo Abela

Tkellimna dwar l-impatt fuq is-sigurtà nazzjonali ta’ pajjiżna mal-Ministru Carmelo Abela, fid-dawl tal-attakk li seħħ f’Jum Batsilja, f’Nizza. Minn tal-inqa 84 persuna nqatlu, fosthom tfal, wara li trakk saq għal fuq folla miġbura.

Il-Minsitru spjegalna li pajjiżna se jkompli jkun viġilanti. Minkejja dan tenna li jinsab f’kuntatt mal-kollaboraturi tiegħu f’dan il-qasam u jidher li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll.

Aqra aktar

Operazzjonijiet ta’ ritorn ta’ immigranti se jitwettqu aħjar

Il-Korp tal-Pulizija kiseb Fondi Ewropej li se jgħinuh issaħħaħ il-ħidma f’operazzjonijiet fejn persuni jkollhom jirritornaw lura pajjiżhom.

Is-Segretarju Parlamentaru għall-Fondi Ewropej, Ian Borg, stqarr li l-flus mill-Fond għall-Ażil se jissarfu biex l-operazzjonijiet ta’ ritorn ikunu jistgħu jitwettqu aħjar. L-aħbar intlaqgħet ukoll b’sodisfazzjoni mill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela.

Aqra aktar

Send this to a friend