sigurta – Page 3 – One News

Notifiki

Jirriżenja dak li jagħti pariri lil Trump fuq is-sigurtà

Michael Flynn, dak li qed jagħti pariri lil Donald Trump dwar sigurtà nazzjonali, irriżenja.

Il-White House ħabbret li rriżenja minħabba kuntatti li għandu mar-Russja. Qed ikun allegat li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mal-ambaxxatur Russu, qabel Trump sar President. Qed jingħad ukoll li żgwida uffiċjali tal-Gvern dwar din il-konverżazzjoni li kellu.

Hu mifhum li Flynn issa huwa vulnerabbli għal theddid mir-Russja. Huwa illegali għal ċittadini iprivati li jagħmlu diplomazija f’isem l-Istati Uniti, u l-każ seħħ qabel Flynn inħatar.

 

Titnieda kampanja ta’ għarfien dwar is-sigurtà diġitali

Sigurtà onlajn għalik.

Din hija t-tema tal-kampanja ta’ għarfien li tnediet dalgħodu dwar is-sigurtà diġitali għas-sentejn li ġejjin.

Din se tkun inizjattiva oħra li se tibni fuq l-ewwel strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà diġitali għal Malta li tnediet f’Settembru tas-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Pariri mill-Pulizija, li jaqbillek tisma’ minnhom

Drajnihom.

Ritratti ta’ tfal u anke adulti waqt xi festin jew okkażjoni d-dar, f’attentat li dak li jkun jikseb il-‘likes’ u jżomm il-memorja għall-dejjem, almenu fid-dinja diġitali. Fl-isfond, dettalji tal-kċina, kamra tal-pranzu, tal-ġnien jew xi kamra tas-sodda.

Ritratti ta’ nies libsin l-aqwa lbies, b’xi kitba “Andrew and Michaela’s wedding tonight” drajnihom ukoll. Anzi, drajna ritratti waqt it-tieġ innifsu, b’xi kitba “having a blast – at…” u deskrizzjoni eżatta ta’ fejn jinsabu l-protagonisti.

Is-Sibt filgħaxija? Idħol fuq Facebook…hemm ċans issib eżatt min jinsab fejn. Dawn ir-ritratti u deskrizzjonijiet qed jikkonsmahom kulħadd, mhux biss dawk tal-qalba li jħallu xi qalb, xi wiċċ sorpriż, jew xi kumment. It-taqsima tal-komnikazzjoni tal-Pulizija għandha dan il-parir: “tatix informazzjoni li se tkun se tattendi xi attività, bħal party, tieġ, eċċetra, ’l barra mid-dar. Tkun qed tavża li d-dar se tkun vojta”.

Aqra aktar

Tista’ tkun int li tara l-ewwel fjammi abbord ajruplan

SIGURTÀ: Se jiddaħħlu kontrolli fl-ajruport mill-ġdid

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali avża lill-pubbliku li, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà marbuta mas-Summit Informali ta’ Malta fit-3 ta’ Frar 2017, u l-laqgħa tal-Valletta Action Plan fit-8 u d-9 ta’ Frar 2017, se jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fit-terminal tal-passiġġieri fil-Belt Valletta għal tluq u wasliet minn stati fiż-żona Schengen.

Dawn il-kontrolli se jiddaħħlu mill-21 ta Jannar 2017 sad-9 ta’ Frar 2017.

Pulizija tat-turisti – jaf naraw aktar minnhom

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien mistoqsi jekk din is-sena hux mistenni li jkun hemm estensjonijiet fit-Tourism Police Zones, wara l-esperiment tas-sena li għaddiet? Kien mistoqsi wkoll dwar in-numru ta’ pulizija li  daħlu biex jagħtu dan is-servizz, u kemm għad fadal minnhomli baqgħu jagħtu s-servizz. 

Għal dan, il-Ministru Carmelo Abela wieġeb li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tat-Turiżmu rigward il-possibilita` ta’ estensjonijiet fit-Tourism Police Zones.

Aqra aktar

Sa sitt xhur ħabs jekk issuq xurban

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici illum se jkun qed jippreżenta l-ewwel qari ta’ abbozz ta’ liġi li se jkun qed jemenda liġijiet relatati mat-traffiku sabiex insaħħu s-sigurtà fit-toroq.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament, li saret qabel l-ewwel seduta Parlamentari għal din is-sena, l-Ministru Bonnici fakkar kif nhar it-8 t’Ottubru 2016 tnediet konsultazzjoni pubblika fuq white paper sabiex il-pubbliku inġenerali u stakeholders involuti jgħaddu l-opinjoni tagħhom.

Aqra aktar

It-tifel fejn mar?

  • Kif għandna nħarsu lit-tfal mill-perikli moderni, bħal per eżempju dawk fid-dinja online?
  • Kif ngħallmuhom biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?
  • Kif nintebħu bis-sinjali li jkunu fil-periklu?
  • X’għandna nagħmlu jekk it-tfal isibu ruħhom f’sitwazzjoni li tpoġġihom fil-periklu?

Aqra aktar

Send this to a friend