Transport Malta qed tniedi uffiċjalment il-kampanja annwali tal-Milied. Minħabba li f’dawn iż-żminijiet ħafna nies jieħdu grokk tal-okkażżjoni, jiżdiedu dawk li potenzjalment isuqu taħt l-effett tal-alkoħol. Sfortunatament ħafna jirriskjaw għax jemmnu li jifilħu għax-xorb mingħajr ma jikkunsidraw il-konsegwenzi. Mhuwiex aċċettabli li ssuq wara li tixrob, il-konsegwenzi jistgħu ikunu koroh wisq. Kulħadd għandu jaħseb fil-familjari tiegħu, fih innifsu u f’dawk kollha ta’ madwaru u jevita l-inċidenti, speċjalment f’dawn iż-żminijiet tal-festi.Aqra aktar
