Notifiki

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur u tkaxkar f’siġra

Ungeriż ta’ 31 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Ġimgħa filgħaxija kien involut f’inċident b’mutur f’Tal Pietà.

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija spjega li l-inċident seħħ fis-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru, rriżulta li l-Ungeriż ta’ 31 sena u residenti San Ġwann, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Benelli meta tilef il-kontroll u waqa’. Il-mutur u x-xufier baqgħu jitkaxkru sakemm ħabtu ma’ siġra.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Passiġġier isofri ġrieħi gravi wara li karozza baqgħet dieħla ġo siġra f’Ħaż-Żabbar

Ġuvni ta’ 21 sena minn Marsakala li kien passiġġier f’karozza qed isofri minn ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra.

L-inċident seħħ fid-21:30 il-Ħamis filgħaxija, fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar. Jidher li s-sewwieq, raġel ta’ 46, tilef il-kontroll tal-karozza BMW 318, u baqa’ dieħel ġo siġra. Miegħu kien hemm riekeb il-vittma u ġuvni ieħor ta’ 25 sena.Aqra aktar

Anzjan ferut gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra

Anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:15 illum fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa, meta għal xi raġuni, l-anzjan, residenti l-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Hilux u baqa’ dieħel ġo siġra.Aqra aktar

Se jitħawlu 1,000 siġra fil-Madliena

L-aġenzija tal-Gvern Ambjent Malta bdiet ħidma intensiva ta’ tindif fil-Forti tal-Madliena u l-madwar sabiex jinbidel f’sit ta’ afforestazzjoni li fih se jitħawlu mal-1,000 siġra żgħira u arbuxelli.

Il-proġett mifrux fuq medda ta’ 15-il tomna art beda f’Settembru li għadda bi tneħħija bi tneħħija ta’ pjanti li m’humiex endemiċi u li qed jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali.Aqra aktar

Se jitħawlu miljun siġra f’10 snin

Il-Fondazzjoni QLZH, Quick Lets Zanzi Homes, flimkien mal-NGO ambjentali ACT, niedew proġett li permezz tiegħu se jitħawlu miljun siġra u arbuxell indiġenu Malti fuq medda ta’ 10 snin. Dawn ix-xitel ser jitħawlu wara studju li se jsir fuq l-ekoloġija Maltija, dan sabiex it-tħawwil ikun wieħed sostennibli.Aqra aktar

Titqaċċat siġra għal nofs tat-triq

Siġra kbira tqaċtet b’konsegwenza tar-riħ li qam f’dawn l-aħħar sigħat bil-konsegwenza li spiċċat f’nofs tat-triq.

Dan ġara fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard għall-ħabta tal-4.45pm.

ONE News jinsab infurmat li nħolqot konġestjoni tat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Qlub twajba joffru l-appoġġ tagħhom wara att vandalu f’masġar taż-żebbuġ

Wara l-att vandalu ppjanat li twettaq dan l-aħħar fir-Riserva Naturali Foresta 2000 meta 36 siġra taż-Żebbuġ ġew issegati, numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet offrew l-appoġġ tagħhom f’risposta għal dak li ġara.

Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi marret pass oltre u impenjat ruħha li tgħin liż-żewġ NGOs b’għajnuna finanzjarja ħalli jkunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f’dan il-bosk li huwa uniku. Julian Sammut, trustee ta’ The Alfred Mizzi Foundation, qal li hija ħasra li l-frott ta’ daqstant ħidma siewja – ħafna minnha fuq bażi volontarja – litteralment itir mar-riħ b’azzjoni bħal din.

Aqra aktar

Send this to a friend