L-imħabba ta’ bejniethom fjorixxiet bħalma fjura tiffjorixxi fl-eqqel tar-Rebbiegħa, u xahar qabel ma jgħidu s-signor si, issimbolizzaw il-fjamma li tkebbset bejniethom bit-tħawwil ta’ tnax-il siġra indiġena.

L-imħabba ta’ bejniethom fjorixxiet bħalma fjura tiffjorixxi fl-eqqel tar-Rebbiegħa, u xahar qabel ma jgħidu s-signor si, issimbolizzaw il-fjamma li tkebbset bejniethom bit-tħawwil ta’ tnax-il siġra indiġena.
Wara li ġew identifikati numru ta’ siġar tal-prinjol li mietu fi Triq il-Kosta f’San Pawl il-Baħar, fil-ġranet li ġejjin Ambjent Malta se tibda l-proċess sabiex dawn is-siġar jinqalgħu u jitħawwlu siġar oħra tal-istess speċi, dan sabiex filwaqt li jitneħħa l-periklu, jinbidlu b’siġar oħra.
Ambjent Malta kkonfermat dan fi stqarrija ftit tal-ħin ilu.
Il-Fondazzjoni QLZH, Quick Lets Zanzi Homes, flimkien mal-NGO ambjentali ACT, niedew proġett li permezz tiegħu se jitħawlu miljun siġra u arbuxell indiġenu Malti fuq medda ta’ 10 snin. Dawn ix-xitel ser jitħawlu wara studju li se jsir fuq l-ekoloġija Maltija, dan sabiex it-tħawwil ikun wieħed sostennibli.Aqra aktar
Bħalissa għaddejja ħidma fi Ġnien il-Mediterran li jinsab f’Raħal Ġdid sabiex dan ikun jista’ jitgawda minn kull min iżur din il-lokalità. Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis illum żaru dan il-ġnien sabiex jagħtu aġġornament dwar ir-riġinerazzjoni tiegħu.
Is-siġar kollha li kienu jdawru l-pjazza ta’ Raħal Ġdid qabel bedà l-proġett ta’ rinovar, ġew rilokati għal żoni oħra fl-istess raħal biex b’hekk l-ebda siġra ma’ ġiet meqruda għajr għal waħda li kellha l-għeruq tagħha mdawra mas-servizzi tal-elettriku.
L-importanza ta’ iktar tħawwil ta’ siġar indiġeni qiegħda kulma tmur tiżdied. Minbarra li estetikament dawn isebbħu l-irħula u l-ibliet tagħna, il-benefiċċiji li wieħed jieħu mis-siġar imorru lil hinn minn hekk, u huma ħafna l-kampaniji edukattivi mmirati sabiex iqajmu iktar għarfien dwar dan. #Treedom hija waħda minnhom.
Quicklets u Zanzi ngħaqdu mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, sabiex għal kull dar mibjugħa minn Zanzi Homes, il-kumpanija ħawlet siġra, b’total ta’ ’l fuq minn 100 siġra mħawla s’issa. Proġett li inkluda wkoll il-kollaborazzjoni tal-iskola primarja f’Ħad-Dingli u d-Dingli Scouts, flimkien ma’ NGOs oħra.
Se jkunu qed jitħawlu iktar minn 8,000 siġra indiġena f’numru ta’ widien madwar il-gżejjer Maltin. Dan ifisser tliet darbiet iktar mill-medja li ġew imħawla f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena.
Kitba ta’ Rachel Powell
Il-fotografija hija arti partikolari mmens. Hi ħafna aktar milli sempliċiment tieħu ritratt. Tgħinek tieqaf, tosserva, taħseb u tifhem. Għal David Grima żagħżugħ ta’ 21 sena, student fir-raba’ sena tal-kors tal-Mediċina, il-fotografija tagħtih il-possibilità li juża kif irid, kemm b’mod astratt u kemm b’mod iktar viċin ir-realtà li ngħixu fiha.
Huwa beda jesplora din l-arti minn meta kien fis-sekondarja. “Ħassejt li kelli certu vojt meta niġi biex nesprimi ruħi; inħoss li ċertu ħsibijiet nista’ nesprimihom bir-ritratti ħafna aktar milli jien kapaċi bil-kliem jew b’modi oħra.” Grima jgħid li għandu interessi varji li jinkludu l-bijoloġija, il-kimika u l-fiżika, l-ispazju, il-baħar u l-art. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala idealist u xi ftit ċiniku b’mumenti ta’ nikiliżmu.
Tul tmiem il-ġimgħa – x’aktarx bejn il-Ġimgħa u s-Sibt billejl – masġar taż-Żebbuġ magħmul minn 36 siġra nqered kompletament f’att vandalu li twettaq fir-Riserva Naturali Foresta 2000 fil-Mellieħa. Is-siġar, li kienu ngħataw b’donazzjoni minn Din l-Art Ħelwa u tħawlu aktar minn tmien snin ilu, inqatgħu kollha u s-suspett huwa li dawn ġew issegati b’serrieq tal-elettriku li jindika li dan l-att vandalu kien ippjanat.
L-inċident, li twettaq f’dan il-proġett ta’ afforestazzjoni li huwa pubbliku, hu stmat li kkaġuna ħsarat li jammontaw għal madwar €3,600 f’danni u jsegwi numru ta’ atti vandali li din ir-riserva naturali ta’ BirdLife Malta sofriet fil-passat.
L-Awtorità tal-ambjent u r-riżorsi identifikat tletin żona ta’ protezzjoni ta’ msaġar u siġar. Biex b’hekk in-numru ta’ żoni ta’ siġar protetti se jiżdied għal sittin.
Send this to a friend