Tul is-sena d-dieħla l-Gvern se jinvesti kważi €4 miljun sabiex isostni t-trasport pubbliku b’xejn għal anzjani ta’ iktar minn 75 sena, żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-20 sena kif ukoll persuni b’diżabilità. Aqra aktar

Tul is-sena d-dieħla l-Gvern se jinvesti kważi €4 miljun sabiex isostni t-trasport pubbliku b’xejn għal anzjani ta’ iktar minn 75 sena, żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-20 sena kif ukoll persuni b’diżabilità. Aqra aktar
Żona mitluqa fil-Forti Rinella tnaddfet u qiegħda tingħata l-ħajja bit-twaħħil ta’ numru kbir ta’ siġar fiha. Aqra aktar
Sal-aħħar tal-ġimgħa Infrastruttura Malta se twaħħel 61 siġra fit-Telgħa tas-Saqqajja flok dawk li matul is-snin mietu u tqaċċtu bil-Maltemp.
Siġar fil-Mosta kellhom jinżabru wara li spiċċaw perikolużi minħabba li spiċċaw daħlu f’wires tad-dawl b’mod li kienu qed joħolqu periklu. Is-siġar li jinsabu f’misraħ Anġlu Gatt inżabru fl-aħħar jiem. L-espert tal-ortikoltura Peter Calleja ta parir lill-Kunsill Lokali biex din iż-żabra qawwija ssir minnufih anke jekk Awwissu mhux ideali. “Is-sigurtà tiġi l-ewwel,” qal Calleja f’parir ippubblikat fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Aqra aktar
Fl-aħħar ħames snin żdiedu bil-kbir l-ammonti ta’ siġar u arbuxelli li tħawlu f’pajjiżna. Mitlub jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm tħawlu siġar mis-sena 2014 sal-lum il-Ministru għall-Ambjent spjega kif eluf ta’ siġar tħawlu fi bnadi differenti madwar il-pajjiż bit-total ikun ta’ 23,100 siġra u arbuxell. Aqra aktar
Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin huma favur li jsir il-proġett tas-Central Link. Żvelat dan il-gazzetta Illum li fi stħarriġ xjentifiku ħarset lejn kif jaħsbuha l-Maltin li għandhu l-għan li jnaqqas it-traffiku f’rotta li llum hija waħda mill-ikbar uġigħ ta’ ras għas-sewwieqa. Aqra aktar
Is-siġar li jinsabu fi Triq ir-Rabat li tagħti għat-telgħa tas-Saqqajja, mhux ser jitneħħew.Aqra aktar
Residenti tal-Imtafra żraw mal-400 siġra indiġena madwar il-lokal tul Tmiem il-Ġimgħa li għaddiet. Fost dawn, wieħed jista’ jsib ħarrub, siġar ta’ Ġuda, tar-rand, u tal-għargħar. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera flimkien mal-għaqda ambjentali Nature Trust nedew l-iskema “Tree Your Town” li għandha l-għan li tkompli tħaddar il-lokalitajiet f’pajjiżna.
F’attività organizzata minn Nature Trust propju għal Jum is-Siġar bosta studenti minn diversi skejjel ingħataw tagħrif dwar is-siġar.
Mijiet ta’ siġar tħawlu fil-Park tan-Natura u l-Istorja tal-Majjistral biex ifakkar l-10 anniversarju mill-ftuħ tiegħu.
Send this to a friend