sidien – One News

Notifiki

Sidien imwissija jneħħu d-dgħajjes mill-bajjiet minħabba riħ qawwi

Sidien ta’ dgħajjes qed ikunu mwissija biex ineħħu l-opri tal-baħar tagħhom minn diversi bajjiet f’Malta u Għawdex bejn għada u l-Ħamis minħabba riħ qawwi li se jkun qed jaħkem il-Gżejjer Maltin.

Dgħajjes fil-Bajja tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Xemxija, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Port il-Kbir, Xgħajra, Marsaskala, u il-Bajja tar-Ramla u Marsalforn f’Għawdex għandhom jitneħħew mill-iktar fis possibli minħabba riħ qawwi Forza 7 mill-Grieg il-Lvant.Aqra aktar

Fost l-iktar li aħna sidien ta’ djarna

F’Malta kważi tmenin fil-mija huma sidien ta’ djarhom, b’iktar minn sittin fil-mija għandhom dar tagħhom mingħajr ebda self fuqha.  Skont tagħrif tal-Bank Ċentrali Ewropew huma biss is-Slovakkja u Spanja li għandhom ċittadini sidien ta’ djarhom iktar minn Malta.

Filwaqt li hija biss is-Slovakkja fejn hemm perċentwal ta’ persuni li għandhom dar mingħajr self huwa ikbar minn ta’ Malta.

L-ekonomista Alfred Mifsud mhux sorpriż b’din l-istastika li tirriżulta minn taħlita ta’ fatturi ekonomiċi u kulturali.

Aqra aktar

Send this to a friend