sidien ta’ djarhom – One News

Notifiki

Jaħtfu skema maħsuba biex isiru sidien ta’ djarhom

• WARA L-APS, ISSA DISKUSSJONIJIET MAL-BOV U L-HSBC
• MAĦSUBA GĦAL MIN GĦANDU DĦUL BAXX

Kien hemm konkorrenza b’saħħitha għal skema li l-Awtoritàtad-Djar ħadmet mal-bank APS bil-għan li persuni fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar isiru sidien ta’ djarhom. Dan permezz ta’ dawk li qed ikunu deskritti bħala loans soċjali fejnil-Gvern jagħmel tajjeb għal għaxra fil-mija depożitu li għandu jitħallas meta tinxtara darDiġà kien hemm 160 applikazzjoni u 87 minnhom jinsabu fi stadju avvanzat.

Il-Gvern qed jikkonverti s-sussidju li qed jingħata llum fuq il-kera għal sussidju fuq il-ħlas lura lill-bank. F’dawn il-każijiet dawk interessati ser jingħataw finanzjament totali sa massimu ta’ mitt elf ewro biex jixtru propjetà. Il-Gvern kien għamel stħarriġ mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) u jista’ jikkonferma li hawn numru sostanzjali ta’ propjetajiet li jaqgħu taħt din ilbracket.

Aqra aktar

Proġett ġdid li minnu se tibbenefika l-komunità Bormliża

Se jkunu qed jinbnew 70 appartament ġdid u kif ukoll 115-il garaxx li parti minnhom se jkunu għall-użu tal-komunità. Tħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet mtella’ mill-Ministru Michael Farrugia quddiem binja fi stat ta’ abbandun f’Bormla li se tkun qed terġa’ tingħata l-ħajja permezz ta’ proġett ġdid.

Hu spjega kif se jkun qed jinbeda proġett ta’ bini ta’ madwar 400 unit ieħor, biex b’hekk fil-ħames snin li ġejjin se jkunu nbnew ‘il fuq minn 1,000 unit.

Farrugia sostna li jinsabu kburin li f’dan il-proġett se jinkludu wkoll faċilitajiet li ġew mitluba mill-komunità Bormliża. Fil-fatt għall-ewwel darba f’Malta dan il-proġett se jinkludi  fih ukoll faċilitajiet soċjali, spazji miftuħa, se ssir riċiklaġġ ta’ ċertu materjal mill-binja eżistenti, konservar ta’ mina storika, se tonqos b’24% il-massa ta’ bini u se jinħoloq spazju miftuħ, kif ukoll il-bini ta’ 70 appartament u 115-il garaxx.

Permezz ta’ diskussjonijiet ma’ NGO’s saru tibdiliet fil-proġett sabiex jiġu rrispettati wkoll siti ta’ wirt storiku.

Aqra aktar

Send this to a friend