sider – One News

ARA: “Li kieku żammejt sidri, jien illum mejta”

Ma salvatx mill-kanċer tas-sider darba, imma darbtejn. Din hi l-istorja ta’ Betty Lee li llum qed tkun ta’ splla għall-pazjenti li jimirdu b’din il-marda. Hija tkellmet dwar l-istorja tagħha waqt attività li matulha tħabbru d-dettalji tar-raba’ edizzjoni tal-Pink Ribbon Motorcycle Ride.

Qalet li ommha mietet bil-kanċer tas-sider ta’ 36 sena u baqgħet konxja li hija wkoll setgħet tgħaddi mill-istess imrar.Aqra aktar

Biża’ li żżid ir-riskju

  • 320 KAŻ ĠDID TA’ KANĊER FIS-SIDER KULL SENA U 80 KAŻ TA’ MEWT

Hemm min jibża’ jagħmel it-test għax jibża’ li jingħata aħbar ħażina. Din hi realtà li jiltaqgħu magħha dawk li jaħdmu fil-programm nazzjonali tal-iscreening. Biex tingħeleb din l-idea fil-bidu ta’ Ottubru tibda l-kampanja Pink October bil-għan li żżid iktar għarfien dwar il-marda tal-kanċer, u tħeġġeġ iktar nisa sabiex jieħdu kontroll tagħhom infushom.

Tkellimna ma’ Dr Stephanie Xuereb, Konsulenta fis-Saħħa Pubblika responsabbli għan-National Screening Programmes u l-Kirurgu John Agius.

Il-kanċer tas-sider huwa l-iktar kanċer komuni fin-nisa, u 33 fil-mija tal-kanċers kollha fin-nisa huma fis-sider. Sfortunatament kull sena jkun hemm madwar 80 każ ta’ mewt minħabba l-kanċer fis-sider. Kull sena naraw madwar 320 każ ġdid ta’ kanċer fin-nisa.Aqra aktar

Mitluba toħroġ il-ħalib minn sidirha b’idejha, biex turi li qed tredda’, quddiem il-Pulizija

Omm ressqet ilment quddiem il-pulizija Ġermaniża, fejn allegat li kienet mitluba tagħfas sidirha, mit-taqsima tas-sigurtà fl-ajruport, bħala prova li kienet qed tredda’.

Gayathiri Bose qal lill-BBC li kienet “umiljata” mill-esperjenza u se tesplora l-azzjoni legali li tista tieħu. Qalet li l-pulizija fl-ajruport ta’ Frankfurt kienu suspettużi għax kellha pompa tas-sider waqt li kienet qed tivjaġġa, iżda kienet mingħajr it-tarbija magħha.

Il-Pulizija Ġermaniża ma kkummentawx dwar l-allegazzjonijiet speċifiċi imma qalu li tali miżuri mhux parti mill-proċedura ta’ rutina.

Aqra aktar

Kumpens lil 20,000 mara b’sider falz

Qorti Franċiża ordnat lil awtorità Ġermaniża responsabbli mis-sigurtà tħallas sittin miljun ewro f’kumpens lil 20,000 mara li kellhom il-mili ta’ sidirhom falz difettuż.

Il-kumpanija TUV kienet involuta fi skandlu globali li ħalla impatt fuq eluf ta’ nisa. Kien fl-201- li ħareġ li l-kumpanija Franċiża Poly Implant Prothese (PIP) għamlet impjanti li ma kinux ta’ livell, b’silicon industrijali. Fost dawk li ċċertifikaw dawn l-impjanti, kien hemm il-Ġermaniża TUV Rheinland.

PIP laħqet esportat 80% tal-impjanti qabel kienet likwidata. Fil-Qorti ta’ Toulon fin-nofsinhar ta’ Franza, id-deċiżjoni kienet li TUV Rheinland tħallas €3,000 lil kull waħda mill-20,000 vittma. Dawn in-nisa minn kull rokna tad-dinja spiċċaw b’impjanti f’ġisimhom li jistgħu jkunu perikolużi ħafna jekk joħroġ xi materjal minnhom jew jinfaqgħu.

Bewsa fuq sider mara waqt episodju live – inkwiet kbir għal preżentatur Franċiż

Kummentatur u preżentatur Franċiż jinsab f’nofs kontroversja, wara episodju li ġara live fuq it-televiżjoni.

Jean-Michel Maire prova jbus mara żagħżugħa waqt li bdew taparsi jimmitaw dak li ġralha Kim Kardashian f’Pariġi. Il-mara rrifjutat li tbusu waqt din ir-reċta. Mingħajr ma ħasibha darbtejn, biesilha sidirha minflok.

Aqra aktar

Saqsiha jekk sidirha hux naturali…u spiċċa l-Qorti!

Ġuvni Oldaniż ta’ 24 sena tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq ġuvni Olandiż ieħor waqt argument f’Paceville. Il-każ seħħ ilbieraħ wara li ta daqqa lill-ġuvni ieħor, għaliex staqsa lil tfajla jekk sidirha hux naturali jew le.

Il-ferut spjega quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li mad-daqqa intilef minn sensih qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Dan kien mistoqsi jagħarafx lil min tah iddaqqa, u kien pront jidentifika lill-akkużat.

Aqra aktar

Send this to a friend