Ħamest’ijiem ta’ sħana kbira ġejjin fuqna. Esperti meterjoloġiċi jemmnu li r-riħ mix-Xlokk se jkun fl-aqwa tiegħu għada. Sħana kbira ġejja mill-Afrika ta’ Fuq, iżda minbarra li t-temp se jkun sħun minnu, l-intensità tar-riħ u l-umdità se jwasslu biex it-temperatura tinħass ogħla.
