74 sewwieq kienu mħarrka mill-Pulizija wara li nqabdu jsuqu b’velocità eċċessiva f’kontrolli li l-Pulizija wettqet fit-Tramuntana ta’ Malta tul dan il-jum ta’ festa pubblika. Aqra aktar

74 sewwieq kienu mħarrka mill-Pulizija wara li nqabdu jsuqu b’velocità eċċessiva f’kontrolli li l-Pulizija wettqet fit-Tramuntana ta’ Malta tul dan il-jum ta’ festa pubblika. Aqra aktar
Nhar il-Ħamis li ġej is-sewwieq Michael Ellul se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Amateurs li se jsir fil-korsa ta’ Dagfling fi Munich il-Ġermanja. Aqra aktar
Il-Kunsilli Malti għas-sigurtà fit-toroq nieda inizjattiva sabiex aktar żgħażagħ isiru donaturi tad-demm.Aqra aktar
874 karozza kienu spezzjonati mill-Pulizija dalgħodu mill-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku, fosthom fl-inħawi ta’ Paceville, is-Swieqi, Pembroke, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Kappara, Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Imrieħel. Aqra aktar
F’messaġġ fuq Facebook, il-Pulizija qed twissi lis-sewwieqa, b’mod partikolari dawk li jsuqu l-muturi, biex jieħdu ħsieb jekk se jaqbdu r-rotta ta’ Sa Maison li tagħti għar-‘roundabout’ direzzjoni Furjana.
Dan minħabba li fl-istess post hemm tixrid ta’ fjuwil u jaf ikun perikoluż għal min ikun qed isuq.
Fil-ġejjieni, meta l-gwardjani lokali li jilmħu sewwieqa taħt l-effett tax-xorb żejjed, se jkollhom is-setgħa li jwaqqfu lis-sewwieq u jseħju lill-Pulizija.
Meta introduċa l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li din hija waħda minn seba’ riformi li se jkun qed iressaq, iżda hija l-aktar waħda “kontroversjali imma meħtieġa”.
Hekk, ser li b’din il-liġi, il-gwardjani se jkollhom rwol ta’ assistenti tal-Pulizija, iżda l-poter tagħhom se jkun biss li jwaqqfu u jżommu lis-sewwieqa.
Il-bżonnijiet tas-sewwieqa tal-muturi ġew diskussa f’laqgħa li saret mis-Segretarju Parlamentari Stephan Buontempo flimkien mal-LESA, li għaliha attendew għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi bl-għan li jsemmgħu leħinhom.
Aqra aktar
Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bypass tal-Marsa/il-Ħamrun direzzjoni lejn il-Marsa, mil-lejla sa nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016 bejn it-8.00 ta filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt il-ħin tax-xogħol, din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku, għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jevitaw iż-żona u jsibu toroq alternattivi.
Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’parti oħra ta’ Triq Aldo Moro u Triq Diċembru 13, mil-lejla sa nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. It-triq ser tibqa’ aċċessibbli, fejn f’ċertu partijiet it-traffiku ser jgħaddi minn karreġġjata waħda biss. Sewwieqa mitluba jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali.
Intant ix-xogħol fi Triq ix-Xatt Tal-Pieta’ ser jitkompla illejla kif avżat.
Send this to a friend