Notifiki

Imbikkma jiddeskrivu l-vojt li ħalla binhom wara inċident bil-mutur

“Tifel ta’ ftit kliem, imma b’qalb kbira.” Kien dan il-kliem li omm Nick Agius bi dmugħ f’għajneja,  iddeskrivit lil binha, li kien vittma tat-triq.

Kellhu biss 27 sena meta l-uniku iben ta’ dawn il-ġenituri tilef ħajtu, Nick kien l-iktar persuna għażiża għalihom. Dan iż-żagħżugħ kien qed isuq il-mutur meta tilef ħajtu f’inċident fatali. Il-ġenituri ddeskrivew fuq il-programm ARENA l-weġa’ ta’ meta omm u missier jaraw lill-binhom ħiereġ mill-bieb iżda qatt ma jerġa’ jidħol lura.
Aqra aktar

Tat-taxi jibqa’ għaddej

Il-kulur aħmar ma fisser xejn għal dan is-sewwieq ta’ taxi, li baqa’ għaddej b’veloċità massima, jekk mhux eċċessiva, f’Ħal Luqa. Imnalla inżerta’ li sewwieq ta’ rota ma qabadx u qasam it-triq malli d-dawl qaleb aħmar.

Ara l-filmat imtella’ minn Malta Roads.

Aqra aktar

Matthew Caruana – Miet jagħmel dak li jħobb

Matthew Caruana, raġel ta’ 25 sena li kien l-aħħar vittma ta’ inċident bil-mutur li seħħ dalgħodu fi Triq il-Kosta. Kienu l-bosta li x’ħin raw il-mutur li tant kien għal qalb dan ir-raġel fir-ritratti mtella onlajn ntebħu li tilfu ħabib.
Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur b’ġrieħi gravi

Ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 03.50a.m u r-raġuni għadha qed tiġi investigata mill-Pulizija.
Aqra aktar

Send this to a friend