Notifiki

Inċident bil-mutur f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur sofra grieħi ħfief wara inċident f’Bormla. Dan seħħ għall-ħabta tal-għaxra dalgħodu fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta kien hemm impatt bejn mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 51 sena mill-Birgu u karozza Subaru Impreza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda sofra biss griehi ħfief filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda grieħi.

Żomm għajnejk fuq it-triq għas-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti!


Tnediet kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-perikli li jiltaqgħu magħhom is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti, kampanja li tħejjiet minn Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq.Dawn huma s-sewwieqa l-aktar involuti f’aċċidenti serji, għalkemm huma ħafna inqas fin-numru. Fl-2016, 6% biss tal-vetturi rreġistrati Malta kienu muturi iżda 40% tal-fatalitajiet kienu sewwieqa tal-muturi, disgħa tilfu ħajjithom.  Wieħed minn kull tlieta li weġġgħu serjament kien sewwieq ta’ mutur.Għal dan il-għan, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq iddeċidew li jiffukaw kampanja dwar l-interazzjoni fit-triq bejn is-sewwieqa tal-muturi, tal-karozzi u ċ-ċiklisti.  Il-kampanja tindirizza kemm lis-sewwieqa tal-muturi u r-roti kif ukoll tal-karozzi.  TM qed titlob lis-sewwieqa tal-muturi biex joqgħodu attenti u jkunu lesti għal kull manuvra fit-toroq, biex jilbsu ilbies protettiv u ma jsuqux b’mod eċċessiv.  Il-kampanja tindirizza wkoll lis-sewwieqa tal-karozzi. Is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti huma aktar diffiċli biex tarhom u għalhekk aktar vulnerabbli.  Għaldaqstant, il-kampanja titlob lis-sewwieqa tal-karozzi biex isuqu b’attenzjoni u jżommu d-distanza.
Aqra aktar

Mixli li daħal fiha apposta minħabba t-tfal

Missier Żebbuġi ta’ 27 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti mixli li daħal bil-karozza tiegħu apposta f’karozza oħra fejn kien hemm l-eks sieħba tiegħu passiġiera. Il-każ ġara fi Triq San Pawl f’Bormla wara argument li qam bejn ir-raġel u l-eks sieħba bil-konsegwenza li żewġ karozzi sofrew diversi ħsarat.

Fil-Qorti ġie spjegat li dan il-każ idur kollu ma’ kwistjoni bejn missier u omm fuq il-kustodja ta’ wieħed mit-tfal. Qed ikun allegat li l-missier u l-omm kellhom tlett t’itfal bejniethom iżda wieħed minnhom biss huwa reġistrat bil-missier u l-oħrajn huma bil-missier mhux magħruf. Madankollu intqal li l-omm xorta talbet il-manteniment għat-tlett ulied m’għand ir-raġel.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur ieħor midrub – isofri ġrieħi gravi

Illum, għall-ħabta tad-9:15 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Triumph Tiger XRX, misjuq minn raġel ta’ 48 sena, residenti s-Swieqi u vann tat-tip Toyota Hilux li kien misjuq minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod Ħal Qormi.

Aqra aktar

Send this to a friend