sewwieq – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn Ħal-Balzan. L-nċident seħ għall-ħabta tas-7.30 am fi Vjal De Paule, Ħal Balzan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-mara li kienet qed issuq karozza tal-għamla Opel Astra ħabtet ma’ mutur Yamaha li kien qiegħed jiġi misjuq minn raġel ta’ 62 sena minn Ħal Balzan ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Imwaqqfa 558 sewwieq mill-Pulizija fl-ewwel lejl tas-sena

L-ewwel lejl tas-sena kien wieħed bla fatalitajiet, fejn il-Pulizija waqqfet total ta’ 558 sewwieq f’diversi spezzjonijiet li saru madwar il-Gżejjer Maltin.

Minn dawn is-sewwieqa, tlieta biss instabu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol. L-operazzjonijiet raw il-parteċipazzjoni tal-Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku flimkien ma’ dawk mis-sezzjoni tal-klieb.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żagħżugħ imut f’inċident ikrah tat-traffiku f’Ħal Luqa

Inċident fatali tat-traffiku erbat ijiem qabel it-tmiem tas-sena ħasad il-ħajja ta’ Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi.

L-inċident traġiku seħħ bejn mutur u trakk taż-żibel fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħol mill-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma.

L-inċident seħħ għall-ħaba tal-10:15am, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur li kien misjuq mill-vittma u trakk. Fuq il-post intbagħtu ambulanza u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. Madankollu ż-żagħżugħ miet mad-daqqa u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Sorsi qalu li l-vittma kien ilu xahar biss isuq il-mutur.

Jidher li mal-ħabta, il-vittma, tkaxkar bil-mutur tat-tip tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk tal-kostruzzjoni li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq.  Jidher li l-vittma tkaxkar għal bosta metri qabel ma spiċċa taħt il-bankina. Is-sewwieq tat-trakk deher maħsud bix-xena quddiemu u kellu jingħata għajununa mit-tim mediku li mar fuq il-post biex jassisti lill-vittma.

Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li ftit tal-minuti wara li seħħ l-inċident, xufier ta’ karozza tal-Linja li kienet nieżla lejn Ħal Qormi, waqaf biex jagħti l-għajnuna.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għasssa Gabriella Vella, waqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Ara wkoll:

Il-vittma huwa Nolan Farrugia ta’ 21 sena- kien ilu jsuq il-mutur xahar biss

 

Kważi ebda sewwieq li għamel it-test tan-nifs lejlet il-Milied ma kien taħt l-effett tax-xorb

Kważi ħadd li qagħad għat-test tan-nifs lejlet il-Milied ma rriżulta li kien taħt l-influwenza tal-alkaħol waqt li kien qed isuq. Jirriżulta li lejlet il-Milied saru 30 test tan-nifs fit-toroq tal-pajjiż iżda ħadd minn dawn li ġew mitluba biex joqgħodu għal dan it-test ma qabżu l-livell t’alkoħol kif stipulat fil-liġi.

Skont il-liġi, xufier li joqgħod għat-test u jsibu li għandu 22 mikro-gramma jew aktar t’alkoħol f’kull 100 millilitru ta’ nifs ikun jinsab taħt l-influwenza tal-alkaħol.Aqra aktar

Send this to a friend