sewqan – One News

Notifiki

Raġel arrestat f’Għawdex fuq sewqan perikoluż u reżistenza

Raġel ta’ 30 sena miż-Żejtun ġie arrestat mill-Pulizija f’Għawdex wara li allegatament saq b’manjiera perikoluża bil-karozza tiegħu f’Marsalforn. Dan filwaqt li allegatament rreżista bil-forza li jiġi arrestat mill-Pulizija.

Kienu għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, x’ħin il-Pulizija fl-Għassa r-Rabat, Għawdex, ġew infurmati li hemm raġel qiegħed ikisser xi umbrellel fil-bajja u anke saq bil-vettura tiegħu fuq is-siġġijiet li hemm max-xatt.

Aqra aktar

Tkunx int fjur fuq it-tarmak, jekk se issuq, tixrobx!


Mhux issa biss imma dejjem, tkunx fjur fuq it-tarmak.

Dan kien il-messaġġ ewlieni mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa li nieda kampanja biex anki f’dawn iż-żminijiet ta’ festi wieħed jieħu ħsieb u jekk se jixrob ma jsuqx.

Sabiex jitwassal dan il-messaġġ tant importanti hemm diversi korpi u entitajiet magħqudin flimkien. Aqra aktar

Nagħtu ħarsa lejn is-sewqan

Ta’ spiss nisimgħu b’inċidenti tat-traffiku.

Filmati li ġibed ONE News fil-pjazza tal-Mosta, joħroġ biċ-ċar ukoll li l-periklu fit-triq jista’ jinħoloq mill-partijiet kollha involuti fit-triq.

Aqra aktar

Tweġġax lilek innifsek jew lil dawk li jħobbuk; tixrobx u ssuq illejla

Illejla b’mod partikolari, bosta jaraw fejn se jmorru jiċċelebraw it-tmiem ta’ sena oħra u l-bidu ta’ kapitlu ġdid tal-ħajja. Illejla bosta jisimgħu il-frażi “suq bilmod” jew “tixrobx u ssuq” qabel ma nitilqu ‘l barra mid-dar biex ingawdu dan il-lejl emozzjonali mal-għeżież tagħna.

Veru, malli nisimgħu dawn il-frażijiet, jew neqilbu għajnejna, jew ma nagħtuhomx widen. Kull sewwieq għandu d-dmir ikun jaf li l-limitu legali għal-livell ta’ alkoħol massimu fid-demm waqt is-sewqan f’Malta huwa ta’ 0.08g. Iżda bosta sewwieqa jaħsbu li jekk ma tixrobx aktar minn dan il-limitu, allura ma jkunux f’periklu.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Send this to a friend