Notifiki

“Tixtieq sidrek bħal ta’ din”

L-għalliem li allegatament kien abbużiv fil-konfront tal-istudenti bniet tiegħu jinsab sospiż, flimkien ma’ tliet studenti subien.

Li nistgħu nikkonfermaw hu li huwa għalliem tal-arti.  L-istorja ħarġet fil-beraħ meta l-Ministeru tal-Edukazzjoi ikkonferma li ġie mgħarraf dwar allegat abbuż li seħħ fi skola tal-Istat il-Ħamrun.

Kuraġġ tat-tifla li żvelat minn xiex kienet qed tgħaddi serva biex erba’ tfajliet oħra li allegatament għaddew minn sitwazzjonijiet simili, jersqu ‘l quddiem u jikxfu li għaddew mill-istess trawma.

Aqra aktar

L-eks mara takkużah li għamel is-sess ma’ tifla ta’ 15

Raġel ta’ 29 sena tressaq il-Qorti akkużat li għamel l-att sesswali ma’ tifla ta’ 15-il sena. Dan wara li l-eks mara tiegħu irrapportatu lill-Pulizija.

L-eks mara qalet li dan għamlu ftit jiem biss wara li l-koppja żżewġet.

Ma jistax jixxandar isem ir-raġel, fuq ordni tal-Qorti. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

L-Ispettur John Spiteri qal li kien hemm għajdud dwar ir-relazzjoni sesswali bejnu u bejn it-tifla f’Ħaż-Żebbuġ, qabel ma kien irrapportat il-każ. Huwa oġġezjona li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba biża li seta’ javviċina lit-tifla. Qal ukoll li r-raġel ftaħar li l-akkużi kienu se jitwaqqgħu għax jaf lill-familja tat-tifla.

Aqra aktar

Qalet li stupraha imma l-Maġistrat temmen li hi riedet is-sess!

Student li kien qed jistudja l-Ingliż hawn Malta kien meħlus mill-akkuża li stupra studenta oħra, minħabba nuqqas ta ‘provi.

Il-każ allegatament ġara f’Awissu. L-istudent, Yannick Jonathan Chatelle, ċittadin Franċiż ta’ 32-il sena, kien akkużat li stupra mara Spanjola waqt li hi kienet fis-sakra.

Iż-żewġ studenti għexu fl-istess blokk ta’ appartamenti u kienu barra jixorbu fil-post fejn kien qed joqgħod ħabib ieħor, kif ukoll f’parkeġġ. Iż-żewġ studenti żifnu flimkien, iżda l-mara, Isabele Pantoja Ludena, ma setatx tiftakar kif sabet ruħha fl-appartament tagħha, liebsa l-ħwejjeġ iżda mingħajr ħwejjeġ ta ‘taħt.

L-akkużat qal li l-mara kienet talbitu jakkumpanjaha fl-appartament tagħha tagħha. Huwa għamel hekk, u infatti filmati CCTV juruh miexi waħdu lejn  l-appartament tagħha. Madankollu hija tilfet iċ-ċwievet u għalhekk qagħdu fl-appartament tiegħu sakemm waslu ħbieb tagħha.

Aqra aktar

Tinsisti li jkun ippublikat isem il-kowċ li nemmes fuq in-nisa….

Il-Fondazzjoni Lisa Marie qalet li tinsab iħassba li ma kienx żvelat isem il-kowċ maskili risponsabbli għat-tmexxija ta’ plejers nisa li kien misjuba ħati ta’ installazzjoni ta’ web cams fuqhom.

Il-Fondazzjoni qalet li ssibha inkredibbli li l-Qorti ma tara ebda diffikultà li ssemmi persuni li jikkommettu delitti u jkunu minuri, bħal f’każijiet ta’ serq ta’ ammonti żgħar ta’ flus. Jew inkella l-kwistjoni fejn persuna  ipproduċiet torti tal-laħam mingħajr permess. Iżda imbagħad, osservat il-Fondazzjoni, jipproteġu l-identità ta’ delinkwenti sesswali.

Aqra aktar

It-tnejn taħt l-età – kellhom x’jaqsmu sesswalment u wara akkużatu

Tfajla ta’ ħmistax–il sena u ġuvni ta’ sbatax, spiċċaw il-Qorti wara li kellhom x’jaqsmu flimkien sesswalment minkejja li għadhom taħt l-età.

Il-Pulizija daħlu fil-każ meta t-tfajla akkużat li ż-żagħżugħ kellu x’jaqsam magħha mingħajr il-kunsens tagħha, madanakollu wara l-investigazzjoni li saret irriżulta li t-tfajla kellha x’taqsam mal-ġuvni bil-kunsens tagħha.

Għaldaqstant huma t-tnejn tressqu l-Qorti akkużati b’attivitajiet sesswali taħt l-età. Huma ngħataw il-libertà fuq numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li ma jwetqux reat ieħor fi żmien tliet snin.

Il-Papa bi kliem iebes dwar it-transgender

Il-Papa Franġisku uża kliem iebes kontra dawk li skont hu qed jgħallmu lit-tfal biex ikunu trans-gender. Huwa kien qed jindirizza lil ġurnalisti fuq l-ajruplan wara tmiem ta’ żjara li għamel f’Ażerbaijan.

Il-Papa qal li t-teorija tal-ġeneru tista’ tintuża kontra l-għeruq tal-familja. Huwa spjega kif dak mgħallem f’ċertu skejjel jista’ saħansitra jħawwad lit-tfal.

Il-Papa, meqjus bħala bniedem li tul il-pontifikat tiegħu qed ikun tolleranti lejn il-komunità LGBT spjega wkoll li Kristu mhux se jdawwar wiċċu għal persuni li huma omosesswali.

Sotterran tas-sess – rakkont mhux tas-soltu quddiem il-Qorti Ingliża

Ritratti ta’ post li donnu ħiereġ minn xi film u mhux mid-dinja reali – qed nitkellmu dwar sotterran tas-sess li ħareġ fil-beraħ wara li ġew arrestati grupp ta’ rġiel f’Cornwall, l-Ingilterra.

L-irġiel, esperti fit-teħid u t-tqassim tad-droga, użaw dan il-post biex ikollhom fejn jheddu u jistupraw lill-vittmi tagħhom.

Gaġġa taħt is-sodda, siġġijiet fejn tista’ torbot lil xi ħadd, manetti, ktajjen u oġġetti li jorbtu lin-nies mis-saqaf…dak kollu li huwa tal-biża tista’ ssibu hemm.

Ċertu Gary Jones ta’ 27 sena irrakkonta fil-Qorti kif rabtuħ, neżżawh minn qaddu ‘l isfel, sawtuħ fuq il-warrani u hedduħ li se jistuprawħ. Jones kellu jtihom £2,500 għall-kannabis.

Aqra aktar

Sess mar-robots? Se tkun dilemma

L-umani għandhom joqogħdu attenti meta jkollhom relazzjoni intima mar-robots. Din it-twissija waslet fid-dawl li qed tavvanza t-teknoloġija f’robots li jixbħu lil bniedem u li jintużaw għal skop ta’ sess.

Esperti ddiskutew is-suġġett waqt konferenza internazzjoanli bl-isem ‘Human Choice and Computers’. Hawn esploraw l-intimità u anke livell oltre: il-possibiltà li persuni umani jsiru jħobbu lir-robots.

Aqra aktar

KAŻ TA’ BŻONN: ommijiet jgħinu biex it-tfal jinqabdu tqal

Kollox jindika li kampanja Daniża sabiex tiżdied ir-rata ta’ twelid qed tħalli l-frott. Dan is-sajf mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena li għaddiet.

Waħda mill-kampanji saħansitra inkoraġġiet lill-ulied jagħmlu t-tfal, bl-islogan “għamilha għal ommok” – ċioe għamilha nanna.

Il-kumpanija Spies Travel ħarġet dan il-filmat li kien intwera’ fuq l-istazzjoni televiżiv nazzjonali Daniż lura f’Settembru 2015. Araw x’taħsbu:

Aqra aktar

Send this to a friend