servizzi finanzjarji – One News

Notifiki

“Bit-tibdiliet is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa sabiħ” – Il-PM

It-tibdiliet li qed jagħmel dan il-Gvern f’pajjiżna jippromettu għall-futur sabiħ għas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Dan qalu l-Prim Ministru Robert Abela waqt messaġġ li għadda b’mod virtwali waqt it-tlettax-il konferenza annwali ta’ Finance Malta. Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni biss qed tipprova tħott is-servizzi finanzjarji”- Silvio Schembri

Fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Sivio Schembri qal li bl-istess dagħdigħa negattiva u distruttiva tas-soltu, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna iżda nesa jsemmi li hija biss l-Oppożizzjoni li qed tipprova tħott dan il-qasam permezz tal-ħsara kordinata kemm fuq bażi lokali kif ukoll fuq bażi internazzjonali. Aqra aktar

“Is-settur finanzjarju ta’ Malta huwa marbut b’saħħtu mal-bqija tad-dinja”- l-IMF

Esperti tal-Fondi Monetarju Internazzjonali kkonkludew li s-settur finanzajru ta’ Malta huwa f’saħħtu.

Dan joħroġ mill-Financial System Stability Assessment li sar mill-esperti tal-IMF fuq talba tal-Gvern Malti f’Settembru tal-2017.

Fl-evalwazzjoni tagħhom qalu li minkejja li hemm xi sfidi, is-sistema bankarja f’Malta hija f’saħħitha. Qalu li l-banek għandhom kapital u likwidità għolja u jistgħu jilqgħu għal xokkijiet kbar li jista’ jkollha l-ekonomija minn barra. Madakollu qalu li f’dawn iċ-ċirkostanzi banek żgħar jistgħu jkunu esposti għal xi riskji.Aqra aktar

“Proposti dwar setturi finanzjarji ta’ dannu għal Malta”- Alfred Sant

Alfred Sant appella għal kawtela dwar proposti għas-servizzi finanzjarji f’setturi bħal tal-assigurazzjoni u oħrajn simili li se joħolqu dannu għall-industriji żgħar u medji f’Malta waqt dibattitu fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) fil-Parlament Ewropew. Il-Kumitat kien qed jiddiskuti x’informazzjoni għandha tiġi żvelata lil pubbliku meta jkunu se jitniedu investimenti fis-swieq finanzjarji u kemm l-investimenti se jkunu sostenibbli ambjentalment fil-futur – billi jikkontribwixxu fil-miri lejn l-enerġija rinovabbli. Il-proposta saret mir-rapporteur għal Econ Paul Tang u titratta r-regoli dwar x’informazzjoni għandha toħroġ fil-miftuħ għal parteċipanti kollha waqt tnedija. Aqra aktar

Żieda fl-ottimiżmu fis-settur tas-Servizzi Finanzjarji

Rapport ikkummissjonat mil-PwC u Finance Malta wera kif fost l-operaturi tasservizzi Finanzjarji f’pajjiżna kien hemm żieda fl-ottimiżmu meta mqabbel mas-sena 2017.

Rapport fil-gazzetta Kullħadd jispjega aktar minn 62% tal-operaturi f’oqsma bħal dawk tal-banek, kumpaniji tal-assikurazzjoni u management fost oħrajn, jikkummentaw dwar settur li sejjer tajjeb ħafna u futur li wkoll jidher tajjeb ħafna u stabbli. Aqra aktar

Joseph Muscat f’appell dwar is-servizzi finanzjarji

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza organizzata mid-ditta Grant Thorton dwar is servizzi finanzjarji.

Huwa qal li l-Gvern se jkun qed jiddefendi l-industrija tas-servizzi finanzjarji b’kull mod possibli, filwaqt li tkompli l-ħidma sabiex jinħolqu iżjed opportunitajiet għal pajjiżna f’dan is-settur.                        

Dan bil-għan li Malta tibqa’ waħda mill-pajjiżi ewlenin fl-Unjoni Ewropea f’dan is-settur. Il-Gvern se jibqa’ jaħdem bla heda sabiex jiftaħ iżjed l-orrizonti ta’ dan il-pajjiż. Il-Prim Ministru apella wkoll sabiex kulħadd iwarab l-interessi tiegħu fil-ġenb sabiex ikomplu jkunu mħarsa l- interessi ta’ din l-industrija.

Tniedew żewġ charters ġodda li jiffokaw fuq il-qasam tas-servizzi finanzjarji

Kif imwiegħed fil-manifest elettorali, tniedew żewġ charters li jiffokaw fuq il-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dawn huma charter għal investituri żgħar u charter għal min jagħmel użu minn servizzi bankarji, li ġew imħabbra mill-Ministru responsabbli mill-affarijiet tal-konsumatur Helena Dalli.

Il-Ministru Dalli qalet li l-qasam tas-servizzi finanzjarji jaf ikun delikat mal-konsumatur, peress li d-deċiżjoni li jrid jieħu l-konsumatur taf tkun deċiżjoni diffiċli jew riskjuża. Il-konsumatur ikollu jieħu deċiżjoni waħda b’impatt kbir. Żiedet tgħid li l-protezzjoni tal-konsumatur hija kruċjali, speċjalment għal konsumaturi b’inqas esperjenza jew dawk iktar vulnerabbli.

Aqra aktar

TWISSIJA mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) avżat lill-pubbliku dwar entità li qed topera taħt l-isem Provident Capital Management, u li għandha preżenza fuq l-Internet u li jidher li qed toffri servizzi ta’ investiment u/jew servizzi finanzjarji oħra lil konsumaturi Maltin.

L-MFSA twissi lill-pubbliku, f’Malta u barra minn Malta, li l-entità msemmija hawn fuq MHIX kumpanija reġistrata f’Malta u LANQAS m’hi entità liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA bix tipprovdi xi tip ta’ servizz finanzjarju.

Aqra aktar

Send this to a friend