servizz.gov – One News

Notifiki

Iżjed servizzi governattivi online filwaqt li se jittriplaw iċ-ċentri ta’ servizz.gov

Tniedew diversi servizzi governattivi ġodda offrut b’mod online.

Is-servizzi jinkludu l-Energy Efficiency Website, fejn wieħed jista’ jieħu pariri kif inaqqas il-konsum tad-dawl u l-ilma, pjattaforma biex sewwieqa prospettivi japplikaw għall-permess tat-tagħlim u l-eżami tas-sewqan, il-customer care għall-Awtorità tal-Ambjent, BusinessEnhance.mt, Malta Trade Licences Portal, Legislation MT, l-Arkivji Notarili u r-Reġistru tal-Avukati. Aqra aktar

Jingħalqu ċ-ċentri kollha ta’ servizz.gov u l-Uffiċċji Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali b’effett minn nhar it-Tnejn li ġej

B’effett mit-Tnejn 30 ta’ Marzu 2020, it-tmien ċentri ta’ servizz.gov, is-sbatax-il Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali f’Malta u t-tnejn f’Għawdex, kif ukoll l-Uffiċċju tal-Customer Care tat-Taxxa f’Għawdex ser jingħalqu għall-pubbliku bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra l-Covid-19.Aqra aktar

Il-kwalità tas-servizz  

Mill-aħħar li ktibt, u nistqarr li ilu ftit mhux ħażin, servizz.gov għamel numru ta’ kisbiet. Filwaqt li komplejna nkunu fuq quddiem nett fil-proviżjoni ta’ servizz ta’ kwalità liċ-ċittadin, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan huwa dak li twaqqafna għalih, komplejna nkunu qrib iċ-ċittadin biex nifhmu aħjar l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tiegħu. Aqra aktar

Servizz.gov innominat għall-premju fil-World Summit Awards

Is-sit servizz.gov ġie nnominat għall-premju tal-Aħjar Soluzzjoni Diġitali għall-pajjiżna fil-World Summit Awards.  Din hija inizjattiva globali li tagħżel l-innovazzjonijiet diġitali li l-iktar jħallu impatt posittiv fuq is-soċjetà.  Stqarrija mill-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali spjegat kif din in-nominazzjoni issa hija kwalifikata biex tiġi evalwata ma’ l-fuq minn erba’ mitt proġett ieħor minn ġurija speċifika.  Aqra aktar

Send this to a friend