Notifiki

Raġel armat b’arma tan-nar jidħol jisraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Ħadd ma weġġa’ f’serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi stabbiliment li jinsab fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar. Stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes kollox iswed u allegatament armat b’arma tan-nar daħal fl-istabbiliment u talab il-flus lill-kaxxiera – mara ta’ tnejn u sittin sena minn San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta li appuntat u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Omm taħfer lil binha ta’ 19-il sena wara li serqilha €54,000 li kellha moħbija f’kompjuter

Kurt Aquilina ta’ 19-il sena minn Birżebbuġa inagħta sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li wieġeb ħati tal-akkużi ta’ serq ta’ flus kontanti mingħand ommu, li jgħixu fl-istess dar.

Sorsi qrib l-investigazzjoni spjegaw ma’ one.com.mt li l-omm sabet €54,000 neqsin minn ġo tower tal-kompjuter fir-residenza tagħhom f’Birżebbuġa. Hija mmedjatament għamlet rapport lill-Pulizija. Wara li nfetħet inkjesta l-flus instabu f’kaxxa taż-żraben li kienet għand il-binha. L-istess sorsi qalulna kif l-omm innutat li flus kineu neqsin wara li marret sabiex tieħu €100 li kellha bżonnhom għal żmien il-Milied.Aqra aktar

Send this to a friend