Notifiki

Jisirquh u jaggreduh f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Imġarr, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ aggredit f’dik li allegatament kienet serqa. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu waqt li l-vittma kien fi triqtu lejn l-għalqa tiegħu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Aqra aktar

Serqa minn ħanut tal-logħob

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5a.m., seħħet serqa ta’ somma ta’ flus kontanti, liema ammont huwa konsiderevoli fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, l-Imsida.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll mid-Distrett tal-Imsida marru immedjatament fuq il-post fejn seħħet is-serqa. Minn investigazzjonijiet preliminari, rriżulta li s-serqa seħħet minn ħanut tal-logħob, li waqt il-ħin tas-serqa kien magħluq u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jinqabad jitfa’ lill-anzjana fl-art

Każ ieħor ta’ ħtif ta’ deheb minn fuq anzjana. Din id-darba kien imiss anzjana ta’ 81 sena minn Ħal Qormi, li kienet qed tistenna tal-linja fi Triq San Bastjan, kantuniera ma’ Santu Rokku. Dan seħħ għal ħabta tal-17:40.

Raġel aktarx huwa barrani. Huwa avviċina lill-anzjana u serqilha ġiżrana li kellha fuqha. Wara, ħarab jiġri. L-anzjana ma sofrietx ġrieħi imma ma jistax jonqos li sofriet xokk kbir.

Aqra aktar

Jidħol f’dar mara ta’ 89 u jieħu d-deheb

Raġel mgħammad daħal f’residenza ta’ mara Ingliża ta’ 89 sena u allegatament serqilha xi deheb li kienet liebsa. Dan seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq l-Imriekeb, f’Marsaskala.

Il-mara sofriet xi ġrieħi ħfief u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.

 

Raġel jaqla’ diversi daqqiet b’arma taqta’ bil-ponta

Raġel ta’ 55 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx, qala’ numru ta’ daqqiet b’arma li taqta’.

Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta 10.10p.m. f’boathouse fil-Bajja tal-Armier. Kienu Membri tal-Pulizija mid-Distrett tal-Mellieħa, l-ewwel li marru fuq il-post, hekk kif intalbu jirrikorru wara rapport li ndarbu xi nies waqt serqa. Hemmhekk, sabu membri tar-Rapid Intervention Unit jassistu lir-raġel, li nstab mal-art f’ammont sostanzjali ta’ demm.

Aqra aktar

Send this to a friend