Serb – One News

Ma fadalx aktar xhieda fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Hugo Chetcuti

L-Erbgħa ntemmet il-kumpiazzjoni fil-konfront ta’ Bojan Cmelik, is-Serb li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Hugo Chetcuti f’Lulju tas-sena l-oħra.

Kien l-Ispettur Elliot Magri, li f’isem il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant iddikjara fil-qorti li l-Prosekuzzjoni ma għandhiex iżjed xhieda xi tressaq fil-konfront ta’ Cmelik, dan hekk kif diġa ressqet ix-xhieda kollha.

L-aħħar xhud kellhu jkun t-Tabib Christian Camenzuli, li mill-każ l’hawn mar ikompli jistudja l-Ingilterra u għandu minn tal-anqas sena sħiħa fir-Renju Unit.

L-Avukat Joe Giglio f’isem il-Parti Ċivili talab ukoll lill-Qorti biex l-aħħar xhud li hu Dr. Camenzuli ma jixhidx u l-Avukat Ġenerali ma jinsistix li dan jixhed. Il-Każ ġie aġġornat għal 25 ta’ Frar li ġej.

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni li qed tmexxi l-każ fil-konfront ta’ Bojan Cmelik iddikjarat li ma fadalx iżjed xhieda fil-każ. Kien l-Ispettur Elliot Magri, li f’isem il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant iddikjara fil-Qorti li l-prosekuzzjoni m’għandhiex iżjed xhieda xi tressaq fil-konfront ta’ Cmelik, dan hekk kif diġà ressqet ix-xhieda kollha.

L-aħħar xhud kellhu jkun t-Tabib Christian Camenzuli, li mill-każ l’hawn mar ikompli jistudja l-Ingilterra u għandu minn tal-anqas sena sħiħa fir-Renju Unit.

L-Avukat Joe Giglio f’isem il-Parti Ċivili talab ukoll lill-Qorti biex l-aħħar xhud li hu Dr. Camenzuli ma jixhidx u l-Avukat Ġenerali ma jinsistix li dan jixhed. Il-Każ ġie aġġornat għal 25 ta’ Frar li ġej

Aktar Serbi fl-aħbarijiet – din id-darba seħħet ġlieda f’San Ġiljan

 

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-siegħa, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna mitluqa mal-art fi Triq Elija Żammit, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn, fil-fatt, sabu raġel mitluq mal-art li ma kellux ġrieħi viżibbli iżda beda jilmenta minn xi uġigħ.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li allegatament, ir-raġel kien involut fi ġlieda bejn numru ta’ persuni, x’aktarx barranin.

Aqra aktar

FILMAT: JINŻAMM ARRESTAT IS-SERB LI DARAB LIL RYAN MAGRO

Ġie irrevokat il-ħelsien mill-arrest għas-Serb, Srdan Simic, li ta daqqa ta’ tazza lill-barman Malti wara li ddaħal lura l-Qorti b’urġenza llum. Dan iffiser  Il-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima laqgħet l-appell tal-Avukat Ġenerali. Fl-appell tiegħu, l-Avukat Ġenerali qajjem numru ta’ oġġezzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest, fosthom li l-akkużat jista’ jbabas l-evidenza.

Fl-appell intqal ukoll li l-kundizzjonijiet mogħtija mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ma kinux ħorox biżejjed. Minkejja li l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest, xorta waħda il-Pulizija sabu diffikultà biex jarrestawh dalgħodu hekk kif ma bediex jiftaħ il-bieb tar-residenza tiegħu.

Għalhekk, fil-Qorti ntqal li sa mill-bidu ta’ dan il-każ l-akkużat naqas milli jwieġeb għas-sejħiet mill-awtoritajiet. Kien għalhekk li l-Imħallef irrevokat il-ħelsien mill-arrest għaliex fi kliemha hemm raġunijiet biżejjed biex l-akkużat jinżamm arrestat. L-Imħallef spjegat li l-proċeduri għadhom fi stadju bikri għax ħadd għadu ma xehed f’dan l-istadju u l-akkużat ma offriex garanzija lill-Qorti li se jidher tul il-proċeduri kontrih.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: IR-RIKORS TAL-AĠ SAR B’URĠENZA, IL-QORTI TISMA’ L-KAŻ ILLUM

B’urġenza tard ilbieraħ filgħaxija l-Avukat Ġenerali daħħal rikors il-Qorti biex din tisma’ mill-iktar fis it-talba tiegħu biex ikun revokat il-ħelsien mill-arrest li ngħata s-Serb li faqa’ tazza f’wiċċ żagħżugħ f’Buġibba u l-Qorti laqgħet dan ir-rikors biex se tkun qed tisma’ din it-talba llum. Id-deċiżjoni tal-Maġistrat Micallef Trigona li jagħti l-ħelsien mill-arrest waslet għar-reazzjoni mmedjata tal-prosekuzzjoni li skont tagħrif li għandna mill-ewwel talbet li jsir l-appell. Minn naħa tiegħu l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali daħħal ir-rikors ilbieraħ wara l-għaxra ta’ bil-lejl.

Aqra aktar

ARRESTATI ŻEWĠ SERBI: wieħed rilaxxat u ieħor jinżamm arrestat

Il-ħidma tal-Pulizija lbieraħ filgħaxija intensifikat b’rabta mal-każ li fih il-Ħadd li għadda Serb allegatament darab barman Malti.

Inċident li wassal biex Ryan Magro ta’ 27 sena qed jissielet għal vista f’għajn minnhom. Il-Pulizija lbieraħ arrestat żewġ Serbi: wieħed għax kien jixbaħ lill-allegat aggressur u ieħor għax allegatament darab lil Magro, iżda dawn ma kienux l-unika arresti b’rabta ma’ dan il-każ.

Aqra aktar

WARDEN ATTAKKAT f’argument bejnu u raġel Serb

Tinżamm arrestata Serba akkużata bil-qtil ta’ żewġt’irġiel

Dragana Mijalkovic, mara ta’ 42 sena mis-Serbja, ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkuzata bl-omiċidju ta’ żewġ anzjani Ingliżi, f’każijiet separati.

David Grant ta’ 67 sena u Neville Ayers ta’ 78 sena instabu mejta fl-appartament tal-akkużata, f’każijiet separati, f’San Pawl il-Baħar.

Mijalkovic wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha.

Aqra aktar

Ma kinux torti!

Serb ta’ 37 sena mill-Qawra li kien ilu mfittex mill-Pulizija erba’ snin, ġie arrestat u kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ karta tal-identità falza, u li kien qed jgħix f’pajjiżna illegalment.

Is-Serb instab wara li kien intervistat fuq gazzetta barranija dwar is-suċċess li qed jagħmel fix-xogħol tiegħu fit-torti f’pajjiżna. Suċċess li żiedlu fis-sentenza, hekk kif ġie akkużat ukoll li ma ddikjarax in-negozju tiegħu ma’ JobsPlus.

Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat kien ibiegħ mal-mitejn torta kuljum għal għaxar ewro ’l waħda. Wara li jiskonta l-piena, is-Serb mistenni jkun deportat lejn pajjiżu.