senat – One News

Notifiki

It-tieni impeachment kontra Trump jitressaq quddiem is-Senat

Membri mill-Kamra tad-Deputati fl-Amerika ressqu d-dokumenti tal-impeachment kontra l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump quddiem is-Senat.

Id-disa’ membri, li ġew maħtura mill-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi, wasslu d-dokumenti t-Tnejn filgħaxija.

L-impeachment kontra Trump tressaq dwar akkużi li hu kien inċita l-attakki fatali li saru nhar is-sitta ta’ Jannar fil-Capitol Hill.

Għalhekk, b’dan il-pass issa formalment jibda l-proċess tas-Senat kontra l-eks President, u li mistenni jibda x-xahar id-dieħel.

Il-proċess fis-Senat jieħu l-forma ta’ ġuri.

Il-Kamra tad-Deputati tat it-tieni impeachment lil Donald Trump nhar it-tlettax ta’ Jannar, ġimgħa qabel ma uffiċjalment ħalla l-kariga.

Trump huwa l-ewwel President fl-istorja tal-Istati Unti li ngħata żewġ impeachments waqt li kien qed iservi fl-ogħla kariga fil-Whitehouse.

Approvat fond ta’ biljuni ta’ dollari għal ħlas dirett lill-kumpaniji u l-ħaddiema fl-Istati Uniti

Il-Kungress Amerikan approva pakkett finanzjarju ta’ disa’ mitt biljun dollaru biex jitqassmu lill-kumpaniji u ħaddiema u jtaffi mill-impatti tal-Coronavirus fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Is-Senat għadda l-abbozz tard it-Tnejn, u se jibda jitqassam bħala ħlas dirett lil individwi, negozji u anke persuni fuq programmi ta’ diżimpjieg.Aqra aktar

Il-Kannabis rekreazzjonali issa legali fil-Kanada

Il-Parlament Kanadiż approva l-użu tal-kannabis rekreazzjonali. Dan wara li l-Att kontroversjali għadda mis-Senat b’52 vot favur u 29 kontra.

Issa, il-marijuana għal użu oltre minn dak mediċinali se tkun tista tiġi mkabbra u mibjugħa fil-pajjiż minn Settembru li ġej wara li l-użu tagħha kien ilu att kriminali mill-1923. Minkejja dan, il-kannabis mediċinali ilha tintuża mill-2001.

Il-Kanada hija t-tieni pajjiż fid-dinja li llegalizzat l-użu tal-kannabis wara l-Uruguay, fl-2013.

Fi tweet, il-Prim Ministru Kanadiż esprima s-sodisfazzjon għal din il-bidla tant mistennija.

Send this to a friend