Pajjiżna jrid jaħdem sabiex meta jkun possibli, ikun hemm diskussjoni dwar ir-relazzjoni bilaterali u futura mar-Renju Unit.Aqra aktar

Pajjiżna jrid jaħdem sabiex meta jkun possibli, ikun hemm diskussjoni dwar ir-relazzjoni bilaterali u futura mar-Renju Unit.Aqra aktar
Tħawlu l-ewwel minn għadd ta’ siġar indiġeni f’Wied Fulija, żona li qabel kienet tintuża bħala miżbla, mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.Aqra aktar
B’investiment ta’ madwar €80,000 tlesta proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-pitturi li jinsabu mas-saqaf tal-kappella ddedikata lil Sant’Antnin fil-Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir-Rabat.Aqra aktar
Il-programm LEADER se jgħin għaqdiet volontarji u kunsilli lokali fix-Xlokk u l-Majjistral ta’ Malta, kif ukoll f’Għawdex iwettqu proġetti li se jgħinu l-komunitajiet rispettivi tagħhom. Il-programm fil-fatt se jagħti aktar minn sitt miljun ewro ġejjin minn fondi Ewropej għal dan l-għan.Aqra aktar
Waqt il-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, ġew diskussi n-negozjati li għaddejjin dwar il-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit. Għalkemm il-Kummissjoni Ewropea esprimiet li se tkompli taħdem biex jintlaħaq ftehim, dan iż-żmien ta’ tranżizzjoni li se jagħlaq din is-sena għadu ma wassalx għal ftehim u b’hekk ġew diskussi ż-żewġ xenarji f’każ li jintlaħaq jew ma jintlaħaqx ftehim. Filwaqt li awgura li jintlaħaq ftehim fil-ħin, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq dwar il-bżonn ta’ pjan konkret ta’ kontinġenza li jaħseb f’kull eventwalità. Aqra aktar
Waqt laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fi Brussell, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi ħeġġeġ lill-istati membri Ewropej biex fid-dawl tal-pandemija Covid-19, ma jiħdux azzjonijiet unilaterali. Huwa saħaq li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bħala grupp u b’hekk jiġi assigurat li qed jitħarsu l-interessi ta’ kull pajjiż, inklużi ta’ pajjiżna. Il-laqgħa saret bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew straordinarju li għandu jiltaqa’ fi Brussell il-ġimgħa d-dieħla.Aqra aktar
Malta qed tistenna ftehim ġust dwar il-baġit Ewropew li jmiss u l-fond ta’ rkupru biex jindirizza kwistjonijiet li jolqtu lil pajjiżna.Aqra aktar
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej jilqa’ b’sodisfazzjon il-fehma pożittiva tal-Kummissjoni Ewropea, li fir-rapport tax-xitwa tagħha dwar Malta stqarret li l-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea qegħda tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tal-ekonomija Maltija. Aqra aktar
Tlesta xogħol ta’ restawr estensiv fin-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta b’investiment ta’ żewġ miljuni u nofs f’fondi Ewropej.
Fost oħrajn ġie rrestawrat is-swar, il-Berġa tal-Baviera, House of Catalunya u sar kilometru ta’ pavimentar tul iż-żona ta’ Marsamxett.
Dan ix-xogħol isegwi dak li digà sar fuq il-Berga ta’ Aragona u l-koppla ikonika tal-Knisja tal-Karmnu.
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li saret fi Brussell illum, ġie maqbul uffiċjalment il-mandat ġdid li se jkollha l-Unjoni Ewropea biex tibda n-negozjati mar-Renju Unit dwar ir-relazzjoni futura bejn iż-żewġ naħat. Aqra aktar
Send this to a friend