Segretarju Parlamentari Silvio Parnis – One News

Notifiki

Ftehim soċjali ieħor mal-MGRM


L-għaqda MGRM li tmexxi ’l quddiem il-kawża tal-persuni LGBTIQ kisbet għajnuna finanzjarja ta’ €191,000 fuq perjodu ta’ tliet snin wara li estendiet ftehim soċjali li kellha mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.  Aqra aktar

Innovazzjoni u inklużjoni għal komunitajiet ta’ eċċellenza

B’rabta mal-iskemi l-ġodda tas-sena d-dieħla għall-kunsilli lokali u reġjonali li tħabbru jumejn ilu, illum saret konferenza għall-kunsilli lokali u reġjonali bit-titlu ‘Innovazzjoni u Inklużjoni għal Komunitajiet ta’ Eċċellenza’. L-għan ta’ din il-konferenza kien li permezz tal-iskemi li ġew varati din il-ġimgħa, tiġi kkonsolidata l-istrateġija u l-viżjoni għas-sena 2020. Waqt din il-konferenza, saru taħdidiet u workshops dwar tliet temi ewlenin. Dawn kienu l-ħarsien tal-ambjent, il-kwalità ta’ ħajja aħjar u l-inklussività permezz tal-kultura. Aqra aktar

Il-LESA bi ftehim kollettiv ġdid


Fil-ġimgħat li ġejjin l-uffiċjali tal-komunità responsabbli mill-infurzar u l-ħaddiema fl-ammnistrazzjoni tal-Aġenzija governattiva, il-LESA se jaraw żieda konsidervoli fil-pagi tagħhom. Aqra aktar

Jitnieda l-‘Birgu Fest’ 2019


Is-Sibt li ġej il-belt storika tal-Birgu se terġa’ tiddawwal biss bix-xemgħat flok l-elettriku waqt edizzjoni oħra tal-Birgu Fest, avveniment kulturali li joħroġ fid-deher is-sbuħija u l-istorja ta’ waħda mill-ibliet storiċi Maltin. Aqra aktar

Send this to a friend