Notifiki

€5 miljun mill-fond tal-programm ta’ residenza f’investiment fl-atleti Maltin 

Sport Malta ser tgawdi minn investiment rekord ta’ ħames miljun ewro mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali. Il-fondi ser imorru għat-tħejjija teknika tal-atleti Maltin għall-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2023.Aqra aktar

Il-Gvern jagħti ħames artijiet oħra lill-klabbs sportivi

Il-Gvern ser jagħti ħames artijiet lill-klabbs sportivi f’pajjiżna. Dan wara li għaddew f’mozzjoni tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.Aqra aktar

€70,000 fi ħlas tal-pagi lill-operaturi f’ta’ Dbieġi

15-il operatur fil-villaġġ ta’ artiġjanat f’Ta’ Dbieġi f’Għawdex ibbenefikaw aktar minn €70,000 fi ħlas tal-pagi mill-Gvern biex minkejja l-pandemija, ikomplu joperaw u jissalvagwardjaw l-impjiegi. Fl-istess ħin, l-aġenzija tal-Gvern, Malta Enterprise u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat iffirmaw ftehim biex ikun allokat uffiċċju għall-Kunsill fir-Raħal tas-Snajja u l-Artiġjanat stess.Aqra aktar

Fabbrikazzjoni dwar l-isport u l-volontarjat

Il-Gvern, permezz tal-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat, organizza diversi sessjonijiet ta’ informazzjoni kemm f’Malta u kemm f’Għawdex mal-għaqdiet volontarji dwar l-allokazzjoni ta’ €3 miljun, li hija l-ikbar allokazzjoni ta’ fondi diretti li qatt saret mill-Gvern fis-settur.Aqra aktar

Wasal fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett INISIE

Wasal fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett INISIE, illi ġie iffinanzjat minn fondi Ewropej, fejn offra spazju għall-intrapriżi soċjali biex permezz tal-innovazzjoni jkomplu jikbru u jkunu jistgħu jikkompetu f’suq internazzjonali. Dan sar permezz tal-fond Interreg bejn Malta u l-Italja, fejn ħadu sehem fih 4 entitajiet, li huma Malta Enterprise u l-Kunsill Malti tal-Volontarjat, kif ukoll żewġ organizzazzjonijiet Taljani; Tree s.r.l. u Impact Hub Siracusa. Aqra aktar

Jitħabbru l-finalist tal-‘Isport Malta Awards’ – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f’kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta’ punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta’ Sport Malta Dr Luciano Busuttil u l-President ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef. Aqra aktar

Send this to a friend