scouts – One News

Notifiki

 Il-parata l-kbira tal-iscouts saret b’mod virtwali

Ta’ kull sena tiġi organizzata l-Parata Annwali li kienu jieħdu sehem fiha eluf ta’ membri tal-iscouts minn madwar il-gżejjer Maltin li kien jimmarċjaw madwar it-toroq tal-Belt. Din is-sena minħabba l-miżuri li qed jittieħdu kontra t-tixrid tal-Coronavirus, din il-parata saret b’mod virtwali. Aqra aktar

Scouts Ħamruniżi b’wirja fl-Italja

Il-Banda tal-iScouts tal-Ħamrun ħadet sehem b’suċċess f’festival internazzjonali tal-folklor f’Carpineto Romano, raħal ftit ‘il bogħod minn Ruma li għandu ftehim ta’ ġemellaġġ mal-Ħamrun li ġie ffirmat disa’ snin ilu. Gruppi minn Carpineto Romani ġieli taw wirjiet fil-Ħamrun, imma din kienet l-ewwel darba li grupp mill-Ħamrun mar f’Carpineto Romano biex jagħti wirjiet hemmhekk.Aqra aktar

Il-Jum dinji tal-ħsieb mill-Iscouts u l-Guides fid-dinja kollha

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Ħsieb, li qabel kien Jum tal-Ħsieb, u li jiġi ċċelebrat kull sena fit-22 ta’ Frar mill-Guides u l-Iscouts kollha tad-dinja nkluż f’pajjiżna.  Huwa jum meta dawn l-assoċjazzjonijiet jaħsbu dwar ħuthom fil-pajjiżi kollha tad-dinja, il-veru tifsira tal-Guiding, u l-impatt li jħalli fuq id-dinja.

Il-Girl Guides u l-iScouts jużawha bħala opportunità biex jistudjaw u japprezzaw pajjiżi u kulturi oħra, u bl-istess mod iżidu l-għarfien u s-sensittività dwar suġġetti li huma attwali u anke ta’ tħassib attwalment. Id-donazzjonijiet li jinġabru bħal-lum imorru għall-proġetti li jsiru mill-iscouts u l-guides madwar id-dinja.

Aqra aktar

L-Iscouts ta’ Bormla fis-Sud Tirol

Il-ħolma ta’ Baden-Powell ta’ familja kbira ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja magħqudin fi spirtu ta’ fratellanza, ħbiberija u avventura għadha kif saret realta` waqt attivita` li fiha ħadu sehem grupp ta’ 21 Venture Scout u Leaders mill-Grupp tal-iScouts ta’ Bormla ġewwa l-Italja bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju li għadda.

Aqra aktar

Skola Sajf mal-Iscouts

L-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Gvern fis-sajf tieħu xeħta pjuttost differenti minn dik tas-soltu.

Xempju ta’ dan insibu l-attività organizzata mill-iscouts li bosta tfal li jattendu l-iskola sajf qed ikunu meħuda biex jesperjenzawha ġewwa ċ-ċentru tal-iscouts fil-Furjana.

Aqra aktar

Attenzjoni u entużjażmu għall-parata annwali

F’temp mill-isbaħ, erbat elef membru tal-iscouts u l-malta girl guides ħadu sehem fil-parata annwali.

Appuntament ta’ kull sena fil-Belt Valletta u li din is-sena ħa rotta kemxejn differenti.

Sa minn kmieni filgħodu, membri tal-gruppi tal-iscouts u l-guides nġabru fuq il-Fossos tal-Furjana li kien il-punt tat-tluq ta’ din il-parata.

Minn hemmhekk imxew għal Triq ir-Repubblika sakemm imbagħad waslu fi Pjazza San Ġorġ fejn sellmu b’salut lill-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca u baqgħu jimmarċjaw sa fejn Sant Iermu.

Aqra aktar

Binja ġdida għall-iscouts fil-Qawra

Il-Qawra Scouts Group se jkunu qed igawdu minn faċilitá rinovata bi strutturi ġodda fis-Salina. Dan kien possibbli permezz ta’ investiment ta’ €90,000 mill-Gvern. Ix-xogħlijiet fuq din il-faċilitá bdew f’Marzu u tlestew fix-xahar ta’ Novembru.
Aqra aktar

Send this to a friend