Raġel ta’ disgħa u ħamsin sena u mara ta’ erbgħa u ħamsin sena mill-Isla qed jingħataw il-kura l-isptar għall-ġrievi gravi li sofrew waqt li kienu fir-residenza tagħhom fl-Isla.Aqra aktar

Raġel ta’ disgħa u ħamsin sena u mara ta’ erbgħa u ħamsin sena mill-Isla qed jingħataw il-kura l-isptar għall-ġrievi gravi li sofrew waqt li kienu fir-residenza tagħhom fl-Isla.Aqra aktar
Illum waranofsinhar ċediet parti minn saqaf fil-kamra tal-arkivji tal-knisja ta’ Lapsi ta’ San Ġiljan. Aqra aktar
Saqaf ta’ ħanut tal-ħwejjeġ fi triq Rue D’Argens fil-Gżira ċeda kmieni dalgħodu, fejn qed jitqies bħala każ b’xorti tajba.
Il-Pulizija sostnew li l-inċident seħħ ftit wara l-10:00 ta’ dalgħodu fejn fortunatament ħadd ma weġġa’.
Għadu mhux ċar x’wassal biex ċeda s-saqaf.
Matul il-lejl li għadda ċeda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal tal-mejda tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ li tinsab fir-Rabat. B’xorti tajba l-inċident seħħ matul il-lejl u ħadd ma ndarab.
Sorsi fuq il-post qalulna li Fr Martin Coleiro, l-Gwardjan tal-Knisja, ġie assistit minn tabib minħabba x-xokk. Jidher li hemm ħsarat estensivi hekk kif l-artal tan-nofs tkisser kompletament, u l-artal li fuqu hemm it-tabernaklu xxaqqaq f’ żewġ bnadi iżda jista’ jitranġa.
Fuq il-post jingħaqdu numru mdaqqas ta’ voluntiera li bdew ineħħu t-terrapien u t-tifrik. Ser jitpoġġa tapit u fuqu folji biex joħorġu l-materjal bil-krieret sabiex ma ssirx ħsara lill-irħam tat-twiebet ta’ mal-art.
Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru l-ħerba li ħalla dan l-inċident fil-Knisja b’mod partikolari fis-saqaf tal-knisja li hija fost l-eqdem fir-Rabat.Aqra aktar
Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li ċeda bih saqaf ta’ washroom ta’ residenza fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-20.00 f’dar fi Triq Mater Bon Consilli waqt li r-raġel kien qed jagħmel xogħol permezz ta’ jigger fuq is-saqaf ta’ washroom. Kien f’dak il-mument li s-saqaf ċeda u waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq stess kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet f’residenza, għal xi raġuni sfronda s-saqaf bih u waqa’.
Raġel ta’ 63 sena residenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ saqaf ta’ razzett fi Triq Borġ Olivier, ir-Rabat. Fuq il-post waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili u l-Pulizija.
Aqra aktar
Send this to a friend