sandro camilleri – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-pulizija fl-għassa ta’ Bormla

L-ispettur Sandro Camilleri permezz tal-midja soċjali wera s-sodisfazzjoni personali u ta’ kollegi sħabu li lbieraħ sfaw attakatti imma ħadmu b’mod professjonali, li l-qrati, l-awtoritajiet u l-maġġoranza tal-poplu qed jisma’ l-karba tagħhom.

ONE News jinsab infurmat li l-qorti ma laqgħetx it-talba ta’ ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ Johann Cassar anke fid-dawl li dan huwa reċediv saħansitra fil-konfront ta’ attakki fuq il-pulizija.

 

L-Ispettur Camilleri jiċċara l-pożizzjoni dwar tipjip fil-karozza

L-Ispettur Sandro Camilleri fi status li tella’ fuq is-sit soċjali ta’ facebook ftit tal-ħin ilu qal li qed jiġi ċċirkolat artiklu dwar liġi ġdida tat-tipjip fil-karozzi. Camilleri jgħid li dan mhux minnu.

Jgħid ukoll illi li tiekol, tixrob, tpejjep jew tagħmel il-make up waqt is-sewqan, qatt ma kien permissibbli għaliex wieħed irid ikollu kontroll assolut tal-vettura tiegħu waqt is-sewqan. L-Unika liġi li daħħlet hija dwar tipjip fil-preżenza tal-minuri, sosnta Camilleri.

APPELL IMPORTANTI GĦALL-ĠENITURI

Il-filmat li deher ilbieraħ li fih jidhru żewġ persuni jagħmlu atti indiċenti f’vettura fetħu l-bieb għal rapporti oħra lill-Pulizija dwar filmati li qed jitpoġġew fuq pjattaformi differenti tal-midja soċjali. Filfatt, filmat ieħor fuq You Tube ħoloq rabja fost il-ġenituri li uħud minnhom b’kumbinazzjoni semgħu t-tfal tagħhom jaraw dan il-filmat inoċċentament.

Aqra aktar

DRAMA F’DAR SAN FRANĠISK

Dan l-aħħar irrapportajna numru ta’ każijiet fejn Pulizija sfaw aggrediti waqt il-qadi ta’ dimirijiethom.

L-Ispettur Sandro Camilleri, li huwa wkoll kap tal-union tal-Pulizija POU-GWU, qalilna li l-PC821 Matthew J. Galea ġie attakkat waqt ix-xogħol nhar il-Ħadd filgħaxija u sofra ġrieħi primarjament f’saqajh minħabba d-daqqiet ta’ sieq li qala’.

Nhar il-Ħadd għall-ħabta ta’ 20.20hrs il-Pulizija giet imsejha f’Dar San Frangisk fi Fleur-de-lys minħabba ġlieda bejn żewġ Eġizzjani. Jidher li Eġizzjani minnhom millewwel kien agressiv fil-konfront tal-Pulizija mal-wasla tagħhom. Dan kellu riha qawwija ta’ xorb u ntalab imur magħhom l-għassa filwaqt li baqa’ agressiv.

Minn hawn u minn hemm ittiehed l-għassa. Kif waslu l-għassa, beda jitlob biex jieħduh Mount Carmel għax huwa jingħata xi kura hemm. Huwa stqarr li kien ilu jixrob minn filgħodu flimkien mal-Eġizzjan l-ieħor li kien iġġieled miegħu. Dan baqa jkun agressiv anki sakemm ħaduh Mount Carmel kif kien talab u beda jagħti lil Pulizija fil-vettura. Beda jigi mwissi sabiex jieqaf b’dan l-atteġġjament iżda ma riedx jisma.

Aqra aktar

Pulizija aggrediti dal-lejl – wieħed bil-ligamenti mċarrta

Żewġ Pulizija dal-lejl sfaw aggrediti minn ġuvni li kien f’Paceville, fejn wieħed mill-Pulizija spiċċa b’ligament mċarrat, dan skond rakkont li qal l-Ispettur u President tal-Police Officers Union Sandro Camilleri

L-Ispettur Camilleri spjega kif l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ filgħodu meta Timothy Aquilina, il-ġuvni inkwistjoni, beda jitla’ fuq il-vetturi tan-nies u jaqbeż fuqhom.

Aqra aktar

Pulizija żagħżugħ MIGDUM f’attakk aggressiv u issa jrid jistenna r-riżultati tal-Hepatite

Il-Pulizija Emerson Borg, PC 1469, li għad għandu 23 sena, sofra qatgħa kbira waqt li kien xogħol fl-Aġenzija Appoġġ.

L-ispettur Sandro Camilleri stqarr magħna li mara li xi ġimgħat ilu ħadulha lit-tifel b’care order marret ilbieraħ fl-uffiċji tal-Appoġġ, u b’sens kbir ta’ aġitazzjoni talbet li tara t-tifel. Hija bdiet tgħajjat, tgħedded u tidgħi. 

Aqra aktar

ESKLUSSIVA: Riħa ta’ gass qawwijja mill-letter box u anzjana mitlufa minn sensiha ġewwa

Dalgħodu, għall-ħabta tas-07:00,  infermiera li tmur tassisti lill-anzjani marret għand anzjana ta’ disgħin sena fir-residenza tagħha f’St Nicholas Street, Sliema.
L-anzjana ma bdietx tiftah il-bieb. L-infermiera bexxqet il-letter box u xammet riħa qawwija ta gass. Minnufieh ċemplet l-għassa ta tas-Sliema u dawn marru jiġru fuq il-post is-surgent PS 928 Ramon Mifsud Grech, flimkien ma żewg Kuntistabblijiet.
Dawn ikkonfermaw ir-riħa u l-fatt li ħadd ma beda iftaħ, u iddecidew li jiżgassaw il-bieb. Hemm sabu lill-anzjana mitlufa minn sensiha burner minn tal-cooker bil-gass ħiereġ.

Il-Pulizija li qala’ xebgħa kbira aktarx se jiġi operat

“Jinsab muġugħ ħafna u bilkemm jiflaħ jitkellem. Għandu diversi ksur u eventwalment se jiġi operat.”

Kiteb hekk l-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union, Sandro Camilleri, fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook dwar il-Kuntistabbli mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, PC 835 Christian Agius, li ftit tal-jiem ilu safa attakkat propju għax huwa Pulizija.

Aqra aktar

Send this to a friend