san vincenz de paul – One News

Notifiki

Food tasting f’San Vinċenz de Paul

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għal sessjoni ta’ food-tasting mal-anzjani ġewwa San Vinċenz de Paul.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Dr Josianne Cutajar qalet li bħalissa għaddej proċess ta’ titjib fis-servizzi tan-nutrizzjoni u l-ikel li jiġi pprovdut lill-anzjani li qegħdin residenti ġewwa din il-faċilità għal kura fit-tul. Il-proċess ta’ titjib jinkludi diskussjonijiet mal-Università ta’ Malta biex jinħoloq kors li jiffoka fuq l-aħjar nutrizzjoni u ikel għall-anzjani, u tibdil fil-menu tal-ikel għar-residenzi ta’ San Vinċenz de Paul.

Aqra aktar

Jiġi inawgurat restawr estensiv f’San Vinċenz de Paul

Fil-faċilità fit-tul għal Kura tal-Anzjani f’San Vinċenz de Paul, il-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis inawguraw xogħolijiet ta’ restawr estensiv li sar fuq il-faċċata ikonika tal-binja.

B’investiment ta’ 300,000 ewro, il-faċċata tal-binja ta’ San Vinċenz de Paul ġiet restawrata u ngħatat id-dehra oriġinali li kellha.

Aqra aktar

Investiment ta’ €7 MILJUNI jwassal għal ħajja aħjar għall-anzjani f’San Vinċenz

Fl-ewwel erba’ snin ta’ dan il-Gvern ġew investiti aktar minn €7 miljuni fl-isptar San Vinċenz de Paul, dan sabiex titjieb il-kwalità ta’ kura u kif ukoll biex l-anzjani jgħixu ħajja aħjar.

Fost il-proġetti li mmarkat bi prominenza, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, spjegat kif l-ewwel fażi tal-proġett Rużar Briffa, li x-xogħol fuqu beda f’Lulju tal-2016, se tkun qed tinfetaħ għall-ewwel darba f’Diċembru li ġej.

Dan il-proġett, li hu l-ewwel fażi hi stmata li tiswa madwar €4.5 miljuni, se jkun qed jara żieda fis-sodod f’San Vinċenz fejn minn 60 sodda l-ammont se jkun qed jitla’ għal 104.

Aqra aktar

Send this to a friend