san pawl il bahar – Page 4 – One News

Notifiki

Qisu żejt

Ritratt li nġibed minn Mark Anthony Bugeja juri pajjiżna fl-aqwa staġun tal-bnazzi bil-baħar qisu żejt. Imma l-Malti jgħid li sal-Ġimgha l-Kbira stenna ftit maltemp u kesħa u forsi baqa’ biex dak li jkun igawdi dan ix-xenarju minn issa. Għalkemm nafu wkoll li t-temp mhux dejjem tista’ toħodlu kopja.

Ir-ritratt ittieħed wara l-moll tal-Veċċa, f’San Pawl il-Baħar

Isofri ġrieħi gravi wara argument f’San Pawl il-Baħar

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ dal-lejl, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena, residenti l-Għargħur kien sofra xi ġrieħi meta allegatament kien involut f’argument ġewwa l-komun ta’ blokka appartamenti.

Aqra aktar

Lesta t-triq li ddawwar San Pawl il-Baħar

Il-Ħamis filgħodu tlestiet l-aħħar biċċa tat-triq li ddur max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra.  B’ hekk l-unika xogħol li fadal issa huwa li jiġu mmarkati s-sinjali tat-traffiku f’ xi partijiet minnha.

Il-Proġett li nbegħda biss ftit tal-ġimgħat ilhu tlesta fil-ħin dan minkejja d-diversi ntoppi li nstabu fosthom kellhom jinbidlu xi xi servizzi taħt it-triq.

In-negozjanti tal-inħawi jqisu dan il-proġett bħala nifs għalihom hekk kif din it-triq kienet qed tagħti dehra traskurata ta’ dan il-lok turistiku.

Aqra aktar

“Grazzi tal-ħidma kbira li saret” – Justyne Caruana

B’referenza għall-inċident li seħħ f’Casa San Paolo f’San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat il-ħidma kbira li saret, biex l-inċident li fih dar għall-anzjani inħakmet minn nirien, ma kellux konsegwenzi serji.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lit-tmexxija u l-istaff ta’ Casa San Paolo, lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Forzi Armati, lit-team mediku, lir-Red Cross, lill-Kappillan Fr Antoine Apap u l-komunità parrokkjali, kif ukoll lill-voluntieri kollha, sidien tal-ħwienet, ġirien u dawk kollha li taw l-assistenza tagħhom f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Send this to a friend