san marino – One News

ARA: “Għaddejt minn ħafna sfidi u fl-aħħar irbaħt” – Netta

Wara li rebħet il-Eurovision Song Contest 2018, Netta indirizzat konferenza tal-aħbarijiet li fiha stqarret kemm għaddiet minn sfidi f’ħajjitha u issa ma tistax temmen li waslet biex tirbaħ il-Eurovision.

ARA r-reazzjoni ta’ Netta:

Sadanittant Malta spiċċat fit-tlettax-il post fit-tieni semi-finali. Christabelle ġiet il-ħames mill-vot tal-ġurija iżda l-aħħar mill-vot tal-pubbliku. Il-kantanta l-oħra Maltija, Jessika li rrappreżentat lil San Marino spiċċat fis-sbatax-il post fl-istess semi-finali ta’ nhar il-Ħamis.

Christabelle se tkanta fin-numru 12

Christabelle se tkun qed tkanta fin-numru 12, fit-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest.

L-ambaxxatriċi Maltija għal Eurovision se tkun qed tikkompeti f’semi-finali meqjus bħala diffiċli.

Qabel Malta hemm il-Polonja filwaqt li wara Malta, hemm il-grupp ta’ mużika rock mill-Ungerija.

Aqra aktar

Żewġ kantanti Maltin fil-finali ta’ San Marino

Żewġ kantanti Maltin sinonimi max-xena mużikali Maltija jaslu sal-finali ta’ San Marino.

Franklin Calleja u Jessika Muscat jintgħażlu għall-finali bit-tama li jirrappreżentaw lill-pajjiż ta’ San Marino fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla f’Lisbona.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jilqa’ għexieren ta’ atleti f’Kastilja

Għexieren t’atleti akkumpanjati mill-kowċis li flimkien irrapreżentaw lil Malta fis-sbatax-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’San Marino bejn id-disgħa u għoxrin ta’ Mejju u t-tlieta ta’ Ġunju, iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.

Dan f’okkażjoni ta’ rikonoxximent għall-unuri li kisbu f’isem pajjiżna; fejn Malta rebħet erba’ midalji tad-deheb, disgħa tal-fidda u sittax tal-bronż.

Aqra aktar

Send this to a friend