san ġwann – Page 3 – One News

Notifiki

Anzjana tindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Mara ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1300 fi Triq Bella Vista, San Ġwann.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi tat-tip Mazda Demio u Chevrolet Trax li kienu qed jinstaqu minn żagħżugħ ta’ 22 sena, residenti l-Imqabba u raġel ta’ 70 sena li joqgħod in-Naxxar, rispettivament.

Aqra aktar

Kunċert mill-kor personali tal-Papa Franġisku fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Il-Kor Cappella Musicale Pontificia Sistina, il-kor personali tal-Papa, ser jagħti kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Execultate Deo’. nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju fis-19:00 ta’ filgħaxija fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Din hi opportunità unika għal kull min jixtieq jattendi kunċert mill-kor tal-Papa, l-iktar kor antik fid-dinja, li huwaresponsabbli mill-akkumpanjament mużikali taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ppreseduti mill-Papa Franġisku.

Aqra aktar

Dehra ġdida għar-raded tal-karrettuni f’San Ġwann

Ir-raded tal-karrettuni fi triq il-Mensija f’San Ġwann se jingħataw dehra ġdida b’tali mod li jistgħu jitgawdew aħjar mill-pubbliku.

Dan se jsir b’ħidma mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għal-żoni turistiċi. B’investiment ta’ €70,000 f’żona li qajla tinduna li għandha valur storiku. Filfatt se tinbena pjattaforma biex dak li jkun qed jippassiġġa jista’ jara l-parti kollha ta’ fejn hemm ir-raded tal-karrettuni.

Aqra aktar

Kummenti pożittivi dwar ix-xelters għall-qtates f’San Ġwann

Fi grupp għal dawk li jħobbu l-annimali fuq is-sit soċjali ta’ facebook tpoġġa dan ir-ritratt ta’ ‘djar’ għall-qtates li jgħixu bla saqaf fuq rashom u li l-unika tama ta’ ħajja jridu jsibuha fit-toroq Maltin. Kienu bosta l-kummenti ta’ tifħir u pożittivi dwar dawn ix-xelters għall-annimali fil-bandli ta’ San Ġwann.

Aqra aktar

Send this to a friend