Notifiki

Il-Gvern jagħti €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor biex issir aktar aċċessibbli

Ftehim bejn il-Gvern u s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema wassal biex l-istess għaqda mużikali tirċievi €10,000 mill-Fond ta’ Kontinġenza għall-għaqdiet volontarji. B’dawn il-flus, is-Soċjeta Mużikali San Girgor se tinstalla glass cladding madwar il-lift sabiex ikun jista’ jintuża u b’hekk tiżdied l-aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Ħadd in-Nies…pellegrinaġġ ta’ penitenza f’Ħaż-Żabbar

Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin qabel l-istess Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta fl-1530 A.D. Meta wara l-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann beda jiġi ċċelebrat il-karnival, ħafna pellegrini kienu ħaduha drawwa jżuru s-Santwarju l-Erbgħa, Ras ir-Randan bħala tpattija ta’ atti li jkunu saru fi żmien il-Karnival.

Nies minn kull sezzjoni tas-soċjeta’ kienu jiġu s-Santwarju biex jagħmlu u jonoraw il-wegħdi li jkunu għamlu u jitolbu l-barka ta’ Alla. Ftit, ftit, minn Ras ir-Randan dawn il-pellegrinaġġi bdew jiġu organiżżati fl-ewwel ħadd tar-Randan. Fis-seklu sbatax, din il-ġurnata spiċċat aktar tixbaħ festi bħall-imnarja u San Girgor, sakemm madwar tmenin sena ilu il-motiv oriġinali ta’ penitenza ġie mġedded bl-użu ta’ karrijiet u karettuni li juru l-istorja u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.

Riċentement, il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies reġa’ ħa l-forma oriġinali fejn l-attenzjoni prinċipali tkun li l-pellegrinaġġ isir bħala sinjal ta’ penitenza u ringrazzjament lil Alla permezz ta’ Ommu Marija. Il-pellegrinaġġ tat-18 ta’ Frar ser ikun immexxi minn l-Arċisqof emeritu Pawlu Cremona user ikun akkumpanjat bil-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja flimkien mal-kappillani, il-kleru, reliġjużi, rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili, għaqdiet tal-parroċċa u bosta pellegrini. Minbarra numru kbir ta’ devoti li jakkumpanjkaw il-pellegrinaġġ, karatteristika unika hija l-ammont ta’ reffiegħa li jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ. Din is-sena ser ikun hemm madwar 80 reffiegħ. Eżatt wara li il-pellegrinaġġ jidħol lura fis-santwarju, l-arċisqof emeritu jmexxi konċelebrazzjoni fis-Santwarju bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

Jilgħaqu x-xemx għall-festa ta’ San Girgor

Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor. Festa li ta kull sena tiġi ċċelebrata wara l-festa tal-Għid.

Din il-festa tmur lura għas-sena 1519 meta pajjiżna ħeles mill-marda tal-pesta. San Girgor jilħaq il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu fil-lokalità ta’ Marsaxlokk.

Aqra aktar

Send this to a friend