samuel azzopardi – One News

IL-QORTI KOSTITUZZJONALI MA TILQAX TALBA TA’ AZZOPARDI

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba li s-Sindku tar-Rabat Għawdex għamel biex tinbidel il-Maġistrat li qed tisma l-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo b’rabta ma’ kummenti fejn is-Sindku Samuel Azzopardi nstab ħati li saq xurban.

Samuel Azzopardi ma riedx li din il-kawża tinstema’ mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri għax fl-imgħoddi kienet kandidat tal-Partit Laburista.  Il-Qorti tal-Maġistrati kienet diġa’ ċaħdet din it-talba iżda Samuel Azzopardi, permezz tal-avukati tiegħu, fosthom id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi għamel rikors kostituzzjonali. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ippreseduta mill-Imħallef Lorainne Schembri Orland kellha kliem ta’ ċanfir għall-pożizzjoni ta’ Samuel Azzopardi u l-avukati tiegħu. Qalet li huwa veru li dan il-pajjiż huwa politikament polarizzat.

Aqra aktar

Mhux biss iridu sindku iżda wkoll kandidat

Is-Sindku tar-Rabat Għawdex, li nstab ħati li saq xurban u rrifjuta t-test tan-nifs wara inċident fejn weġgħu xi persuni, ikkonferma kif il-Kap Nazzjonalista jridu jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali.
Dan jikkonferma dak irrapportat fl-aħħar ġimgħat li Simon Busuttil m’għandux problema bl-aġir tas-Sindku li nstab ħati mill-qorti anke jekk dwar kif fil-każ wera nuqqas ta’ azzjoni serja kitbu opinjonisti ewlenin u saħansitra editorjali tal-ġurnali.
Li l-Kap qed jgħafsu biex joħroġ ikkonfermah Azzopardi nnifsu f’intervista mal-Illum, li fiha iddikjara li għadu mhux ċert. U żied li l-kap tal-Partit, il-kummissjoni u Joe Borg, li jmexxi l-għażla tal-kandidati, qed jagħfsuh biex joħroġ.
“Iżda, ma rridx nikkonferma qabel ma nkun ċert,” qal Azzopardi.

Il-PN ma jsibx il-kandidati li xtaq f’Għawdex… gawda Azzopardi

Seta’ kien hemm mumenti fejn il-Partit Nazzjonalista ħaseb li jieħu passi bis-serjetà kontra Samuel Azzopardi, li saq taħt l-effett tal-alkoħol u agħar minn hekk irrifjuta li jagħmel it-test tan-nifs. Iżda dan kollu sfuma fix-xejn, għaliex il-Partit Nazzjonalista ma sabx il-kandidati li xtaq fuq Għawdex u għalhekk, fi kliem imkejjen li tkellmu magħna, ma setgħux jitilfu lill-avukat Azzopardi wkoll.

Aqra aktar

“Fis-sakra” dwar il-każ tas-Sindku li saq xurban

Net News irrapporta li mhux se tkun il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li tisma’ l-każ ta’ libell kontra Anton Refalo mis-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi. Skont Net News, intlaqa’ rikors biex dan is-smigħ ma jsirx quddiem Vella Cuschieri u minflok, il-kawża se tinstema’ quddiem l-Imħallef Lorainne Schembri Orland.

Aqra aktar

Is-Sindku li saq xurban jinsisti li jbiddel il-Maġistrat

Samuel Azzopardi, is-Sindku tar-Rabat li nstab ħati li saq xurban, qed jinsisti li jbiddel il-Maġistrat f’kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Ministru Anton Refalo. Wara li t-talba tiegħu kienet miċħuda, issa fetaħ każ fejn qed jilmenta li bil-fatt li l-kawża tiegħu kienet assenjata lil Joanne Vella Cuschieri inkisirlu d-dritt fundamentali tiegħu.

Aqra aktar

DOUBLE STANDARDS BIL-MAĠISTRATI WKOLL

• Jilmenta minn Maġistrat eks PL, imma mhux minn Maġistrat eks PN

L-avukat Jason Azzopardi lmenta u talab li kawża li fetaħ is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, ma tinstemax quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. Dan għax kienet kandidat tal-Partit Laburista. Meta mistoqsi jekk kienx jagħmel l-istess ilment li kieku l-kawża kienet assenjata lil Paul Coppini, eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, bla mistħija wieġeb li le.

Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Samuel Azzopardi, is-Sindku tar-Rabat li nstab ħati li saq taħt l-effett tal-alkoħol u rrifjuta li jagħmel test tan-nifs. Dan fi proċeduri ta’ libell li Azzopardi fetaħ kontra l-Ministru Anton Refalo, b’rabta ma’ kummenti li għamel fuq l-istess każ.

Meta dehru quddiem il-Maġistrat Vella Cuschieri, Azzopardi qal li fid-dawl li din hi kawża ta’ libell magħmula minn politiku kontra politiku ta’ partit ieħor, il-Qorti setgħet tidher bħala mhix imparzjali. Għaldaqstant talab li Vella Cuschieri ma tismax il-kawża li beda s-Sindku, li wara li nstab ħati, reġa’ nħatar fil-kariga tiegħu u saħansitra talab li ma jiskotax sospensjoni tal-liċenzja.

Filwaqt li kwota artikli tal-liġi u konvenzjonijiet, Azzopardi nsista dwar it-talba tiegħu. Iżda mbagħad il-Qorti għamlitlu mistoqsija sempliċi.

“Li kieku l-kawża ġiet assenjata quddiem il-Maġistrat Paul Coppini, li kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista qabel sar Maġistrat kien jitlob l-istess?” Jason Azzopardi wieġeb: “Le”

Hawn il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, li tkun assenjata liema kawżi tisma mill-Prim Imħallef, iddikjarat li meta nħatret fil-kariga, ħadet ġurament ta’ indipendenza u imparzjalità, dejjem hekk imxiet u hekk se timxi. Għaldaqstant irrifjutat it-talba ta’ Azzopardi u ordnat biex f’Ottubru tkompli tisma’ l-każ.

Sindku tal-PN ried il-liċenzja lura wara li saq xurban

Għas-Sindku tar-Rabat Għawdex, l-Avukat Samuel Azzopardi, ma kienx biżżejjed li reġa’ nħatar sindku wara li saq xurban u rrifjuta li joqgħod għal test tan-nifs. Dan għax talab lill-Qorti ta’ Għawdex biex, minkejja din il-ħtija f’każ fejn setgħu weġġgħu n-nies, tinħafirlu s-sospensjoni tal-liċenzja; sospensjoni ta’ sitt xhur.Aqra aktar

It-Times tiddubita l-istandards ta’ Simon Busuttil

Kien l-editorjal tat-Times of Malta li dalgħodu espona d-double standards ta’ Simon Busuttil. Dan billi semma l-każi tad-deputat Toni Bezzina u s-Sindku tar-Rabat Samuel Azzopardi. Fil-każ Toni Bezzina, l-editur tat-Times innota kif id-deċiżjoni tal-qorti tpoġġi lil Bezzina f’sitwazzjoni imbarazzanti bħala deputat u anke bħala xi ħadd li qed jaspira li jsir Ministru. Iżda, jżid iktar minn hekk.

Aqra aktar

Send this to a friend