sajf – Page 6 – One News

Notifiki

Biża’ li tinfirex il-Lionfish

Smajna ħafna dwar il-lionfish, il-ħuta velenuża li fl-aħħar xhur dehret fl-ibħra Mediterranji. Għalkemm hi magħrufa li tgħix fil-Paċifiku Indjan, issa teżisti l-biżà li din l-ispeċi tibda tirriproduċi anke fl-ibħra Maltin.

Bijoloġisti jattribwixu il-firxa ta’ din l-ispeċi għall-fatt li t-temperatura tal-baħar dejjem qed tisħon u b’hekk din l-ispeċi qed tfittex ibħra oħra biex tgħix.

Aqra aktar

Illum PE kit jew uniformi?

Kull filgħodu għadni nqum xi ftit maħsuda, moħħi sħaba ta’ thewdin.

Illum PE kit jew uniformi?

Hemm ħobż frisk għall-lunch?

Il-pitazz tal-home-school-link ittawwaltlu sew il-bieraħ?

Tgħid nerġgħu ngħaddu l-kliem tal-ispelling game jew sar il-ħin?

Imbagħad is-sħana tfakkarni li issa s-sajf, u ibni għadu rieqed raqda li qabel id-disgħa mhux se tintemm. Aktar ma jikber aktar jikbru r-responsabilitajiet. Sirt nirrelata ħafna ma’ dawk il-ġenituri li wliedhom qed jirċievu r-riżultati tal-O u l-A levels, u ngħid: dalwaqt imiss lilna.

Iżda fejn qabel dawn l-eżamijiet kienu akkumpanjati minn sens ta’ biża, li jew tgħaddi minnhom jew tasal tarf id-dinja, naħseb illum is-sitwazzjoni qed tinbidel, għaliex is-servizzi żdiedu. Ħadt gost li għal sena oħra se jkunu offruti lezzjonijiet tal-privat b’xejn lil dawk li m’għaddewx mis-suġġetti bażiċi tal-O’Levels. L-applikazzjonijiet jagħlqu propju għada, it-Tnejn 18 ta’ Lulju. Qabel, jekk il-familja ma kienx ikollha mezzi biżżejjed biex tibgħat lit-tfal għal privat, kien ikollu jkun miraklu biex jgħaddu. Nistenna xorta waħda sens ta’ responsabilità, li dawk li jinkitbu jattendu għall-lezzjonijiet kollha u jkunu mħeġġa mill-ġenituri.

Aqra aktar

“Għax għadu kiesaħ!”

F’temperatura sħuna fil-gżejjer Maltin, ħafna llum erħewlha lejn xatt il-baħar. Aħna morna nistaqsuhom kif kien il-baħar. Uħud qalu li ma niżlux għax sabuħ kiesaħ, iżda għal oħrajn, din mhix skuża!

Aqra aktar

Send this to a friend