sajf – Page 5 – One News

Notifiki

BDIET IR-REBBIEGĦA – imma t-temp għandu aptit jiċċajta

Se tibda tinduna li l-jiem se jitwalu u l-iljiel se jibdew jiqsaru. Se tibda tinduna li t-temperatura, ftit ftit, se tibda tiżdied. Se tibda tara aktar turisti fil-bajjiet, inqas ħwejjeġ fuq in-nies, tempra li titla’ aktar malajr, ħlief forsi għal min ibiegħ il-ġelati. Dawk tarahom bi tbissima, lesti għal sajf ta’ profitti u tgergir minn-naħa l-oħra, minħabba l-obeżità. Ma ninsewx il-BBQs, in-nemus, il-festi u l-ommijiet jitolbu li terġa’ tibda l-iskola ma ddumx.

Dan kollu qed insemmuh għax bdiet ir-rebbiegħa. Staġun qasir li ħafna jirreferu għalih bħala l-isbaħ tas-sena, għax la tkun wisq sħana u lanqas wisq bard.

Iżda llum, propju meta għandna ħabta niċċelebraw ir-rebbiegħa, it-temp irid jiċċajta. Wara jiem twal ta’ temp li bosta jsejħulu perfett, sebaħ jum umduż, mudlam u griż.

Għal min iħobbu dan iż-żmien; kuraġġ. Tista’ toħroġ il-ħwejjeġ ‘ta’ mezzutemp’ xorta waħda. Wara llum, it-temperaturi se jiżdiedu, skont l-uffiċju meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Aqra aktar

Se jkollna Frar mhux tas-soltu

Wara t-temp kiesaħ li għamel fl-aħħar xhur, huwa mistenni li jkollna temp xemxi tul Frar. Normalment Frar ikun l-aktar xahar kiesaħ iżda din is-sena jidher li dan mhux se jkun il-każ. Minkejja li t-temperatura xorta se tkun waħda Xitwija, xorta waħda qed jiġi mbassar li tkun aktar mit-temperatura medja ta’ Frar. Din mhux daqshekk aħbar tajba għal dawk li jħobbu l-maltemp, iżda dawk li diġa’ qed jgħoddu l-ġranet biex imorru jixxemxu, żgur li se jkunu qed jieħdu gost b’temperatura aktar sħuna.

Aqra aktar

It-turisti jgawdu t-temp sabiħ fi żmien il-Milied

Minkejja li ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, xahar li normalment nassoċċjawh mal-kesħa u l-maltemp, pajjiżna qed igawdi minn temp sabiħ. Fost dawk li kien hemm igawdu x-xemx u temperatura li tinżel għasel fi żmien li ħafna jkunu b’xi btala hemm proprju t-turisti. Tkellimna ma’ wħud minnhom li spjegaw kif qed jinżlulhom għasel dawn il-ġranet xemxin u l-atmosfera tal-Milied f’pajjiżna.

Aqra aktar

Interess biex jiftħu jew jespandu lukandi hawn Malta

 Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar illejla fil-parlament li mill-1 ta’ Jannar, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għandha erba’ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ erba’ stilel u żewġ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ ħames stilel.

Meta wieġeb mistoqsija parlamentari ta’ Claudio Grech, il-Ministru qal li qed ikun hemm ukoll żieda sostanzjali ta’ lukandi li applikaw biex iżidu n-numru tas-sulari.  Fil-fatt, fl-2014 applikaw ħames lukandi ta’ erba’ stilel u żewġ lukandi ta’ ħames stilel għal żewġ sulari addizzjonali, filwaqt li fl-2015 u fl-2016, rispettivament, applikaw disa’ u seba’ lukandi ta’ erba’ stilel.

Informazzjoni li poġġa fuq il-Mejda tal-kamra turi li bħalissa f’Malta hawn 42 lukanda ta’ erba’ stilel u 14 ta’ ħames stilel. Bejn il-perjodu 2004 u 2012, għalqu disa’ lukandi ta’ erba’ stilel u tliet lukandi ta’ ħames stilel.

Aqra aktar

Settembru inqas umduż, sajf inqas kiefer

Jgħidu li Settembru huwa x-xahar li l-aktar jaqtalek nifsek. Mhux biss għax tibda l-iskola u jiżdied il-ġenn li ġġib miegħu, iżda ukoll għax it-temp ikun umduż u rih isfel. Dan skont ċifri maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Iżda Settembru li għadda kien inqas umduż minn norma, b’umdità medja tlaħħaq it-73% u mhux il-75% li normalment tkun.

Aqra aktar

Sajf bieżel għall-Pulizija

Hekk kif is-sajf qed joqrob lejn tmiemu, l-ħidma tal-pulizija tat-turiżmu tibda tmajna ukoll.

Membri minn din is-sezzjoni fil-Korp tal-Pulizija kkonfermaw li dan is-sajf kien wieħed bieżel, bl-iktar interventi li saru kienu minħabba l-pickpocketing, fenomenu li kellna ħafna twissijiet dwaru u, bil-ħidma tal-pulizija, naqas.

Aqra aktar

Summer Club dwar ħiliet bażiċi

Fil-Learning Support Centre tan-Naxxar, għaddej proġett pilota li l-għan tiegħu hu li jgħallem studenti, tfajliet, ħiliet bażiċi ta’ kuljum. Għas-sena d-dieħla hemm ix-xewqa biex dan il-programm jibda jiġi akkreditat minflok sempliċiment jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Ayrton Mifsud tkellem ma’ Audrey Attard, li tieħu ħsieb iċ-ċentru fejn spjegatilna x-xogħol li qed isir ma’ dawn it-tfal.

Aqra aktar

Il-qari mal-bajjiet

Hekk fis-sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, bil-bajjiet miżgħuda bin-nies, ta’ sikwit naraw nies li jgħaddu l-ġurnata jaqraw xi ktieb b’ġeneri diversi.

ONE News niżel f’waħda mill-bajjiet lokali biex jieħu l-kummenti dwar l-importanza tal-qari.

Interessanti, l-opinjonijiet diversi li ħarġu bejn il-Maltin u t-turisti.
Aqra aktar

Holly e Benji: 30 sena wara x’niftakru?

Min jaf kemm hawn minnkom tiftakru taslu mill-iskola, tieklu dik ix-xi ħaġa malajr u taqbdu l-hw mal-ewwel bil-għan li sal-erbgħa tkunu lesti bil-għan li x’ħin jibda Holly e Benji tkunu quddiem it-televiżjoni lesti biex ma titilfux imqar azzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend